Barranin
Il-Polonja tivvota fl-elezzjoni Presidenzjali

L-elettorat Pollakk ivvota f’elezzjoni Presidenzjali li minbarra li hija taqtiegħa ħarxa, tista’ twassal biex l-Unjoni Ewropea żżomm ir-riedni fuq il-gvern Pollakk.

Il-President attwali Andrezej Duda li huwa alleat tal-gvern konservattiv tal-pajjiż qed jiġi kontestat mis-sindku ta’ Varsavja Rafal Trzaskowski meqjus bħala liberali. Il-gvern Pollakk jinsab taħt il-lenti tal-Unjoni Ewropea minħabba riformi li għamel li huma meqjusa li jmorru kontra l-valuri demokratiċi tal-Unjoni Ewropea.

Il-President Duda li ġej mill-partit tal-Ordni u Ġustizzja mhux l-ewwel darba li sab ruħu f’konfronti mal-blokk Ewropew minħabba riformi kontroversja li wettaq speċjalment fil-ġudikaturi u fil-qasam tal-midja. Dan wassal biex il-Parlament Ewropew ivvota sabiex jibdew proċeduri kontra l-Polonja taħt artiklu seba’ tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

Duda dan l-aħħar iddeskriva l-promozzjoni tad-drittijiet tal-LGBT bħala ideoloġija iktar distruttiva mill-kommuniżmu. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Ver Jourova, kellha kliem iebes għall-istqarrija tal-President Pollakk. Rafal Trzaskowski wiegħed li jekk jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali, isewwi n-nuqqas ta’ qbil li hemm bejn il-Polonja u Brussell.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

Barranin

Jean Castex hu l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza. Dan wara li Édouard Philippe rreżenja mill-kariga li kienu ilu jservi 3 snin. Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Partit ta’ Macron mar…

COVID-19

Riċerkaturi fl-Università Federali ta’ Santa Catarina fil-Brażil ħabbru li f’Novembru li għadda sabu l-preżenza ta’ coronavirus f’kampjun tad-drenaġġ, li ttieħed minn Florianopolis, il-kapitali ta’ Santa Catarina fin-Nofsinhar tal-Brażil. Dan ifisser…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Aktar