Lokali
Il-poloz tal-assigurazzjoni li nħarġu qabel il-pandemija għadhom validi?

Bil-ftuħ mill-ġdid tal-port u l-ajruport għall-ivvjaġġar, ħafna qed jistaqsu dwar il-polza tal-assigurazzjoni u x’se tkopri eżatt jekk waqt is-safar jinqala’ xi ħaġa minħabba l-COVID. L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA qalet li l-poloz li nħarġu qabel il-pandemija u jkopru l-pandemiji bħala riskju, għadhom validi u l-kumpaniji ma jistgħux jirtiraw mill-obbligi tagħhom, iżda wieħed irid jara mal-kumpaniji tal-assikurazzjoni jekk il-poloz li qed jinħarġu issa jkoprux sitwazzjoni relatati mal-COVID mill-bżonn ta’ kura sa telf tal-vjaġġ.

Bil-Maltin jistgħu jerġgħu jsiefru mingħajr restrizzjonijiet lejn mill-inqas 20 destinazzjoni fl-Ewropa, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Aġenti tal-Ivjaġġar, Ian Tonna qal li sa issa nnutaw interess kawt fis-safar, bil-Maltin jippreferu żoni fil-kampanja milli bliet iffullati bin-nies. “Bħalissa d-domanda qegħda tkun għall-Awstrija, il-Ġermanja għax dawn il-postijiet għandhom kampanja sabiħa u għax għandhom perċezzjoi u realtà li huma iktar safe minn pajjiżi oħrajn”.

Ir-realtà tal-ivvjaġġar se tkun differenti minn qabel l-20 ta’ Marzu li għadda. Minbarra tibdil fl-esperjenza fl-ajruport u l-ajruplan, kull min ibbukkja l-btala jaf mhux se jkun imħares minn polza ta’ assikurazzjoni tal-ivvjaġġar jew f’każ li t-titjira titħassar minhabba l-pandemija Covid 19.

Emily Benson mill-MFSA irrakkomandat lil kull min se jixtri jew għandu polza jerġa’ jikkuntattja lill-kumpanija tal-assikurazzjoni. “You must check with the insurer and tell them what your travel plans are because at the moment we have the potential for there to be these air corridors opening up and it would seem every likely that travelling in these zones will be otherwise covered by your travel policies possibly with the exclusion of medical cover however with regards to the countries that are not on a prohibitory list and are not a safe corridor then the position is unclear and therefore the message to consumers before you book your holiday please contact your insurer and ask them about the position”.

Tal-istess fehma Adrian Galea mill-Assoċjazzjoni tal-kumpaniji tal-assikurazzjoni li ħeġġeġ lil kull min se jsiefer biex jifli sew il-polza li xtaraha u f’każ ta’ diffikultà jikkunsidra tliet soluzzjonijiet. “Kumpanija tal-ajru, jekk ħallast bil-credit card nara nistax navviċina credit card company imbagħad it-tielet soluzzjoni għandek l-insurance company, dejjem jekk il-cancellation tapplika”.

Fil-bidu tal-pandemija f’Marza li għadda, l-MFSA kienet ħarġet ċirkolari lill-kumpaniji tal-assikurazzjoni tfakkarhom li kienu laqħu ħarġu poloz tal-ivvjaġġar, li ma jistgħux jirtiraw, jirrevokaw jew jintroduċu kundizzjonijiet ġodda fihom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar