COVID-19
Il-pompi tal-petrol se jerġgħu jibdew idumu iktar miftuħa

Il-Kumitat tal-Pompi tal-Petrol fi ħdan il-Kamra Maltija għan-Negozji Żgħar u Medji ħabbar li minn nhar it-Tnejn 25 ta’ Mejju l-pompi kollha f’Malta u Għawdex se jerġgħu jestendu l-ħinijiet tal-operat bil-ħaddiema preżenti fil-pompa.

Dan wara li l-ħinijiet kienu tnaqqsu minħabba l-Covid-19.

Intqal li l-ħinijiet il-ġodda se jkunu mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6.00am sal-5.00pm u s-Sibt mis-6.00am sas-2.00pm.

Fil-ħinijiet l-oħra, inkluż Ħdud u Festi Pubbliċi, il-pompi se jibqgħu jaħdmu bissistema ta’ self-service bl-OPT biex b’hekk is-servizz jkun jista’ jibqa’ jingħata 24 siegħa kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar