Lokali
Il-ponsietta minn Milied sa Milied

Fl-Istati Uniti llum jiċċelebraw Jum il-Ponsietta li timmarka l-bidu tal-istaġun tal-festi tal-Milied. Fl-aħħar snin din il-pjanta daħlet ukoll fil-Milied Malti, iżda din mhix pjanta tal-Milied biss.

Oriġinat mill-Messiku iżda nfirxet bħal leħħa ta’ berqa fid-dinja tal-Punent. Il-Ponsietta saret sinonima mal-Milied daqs is-siġra tal-Milied. F’dawn iż-żminijiet, il-qsari tal-Ponsietta nxtraw bl-eluf anke f’Malta għax għalkemm din hija kkunsidrata bħala pjanta, l-aħmar jgħajjat tagħha kważi kważi jagħmilha fjuri dekorattiva bil-lewn ħamrani tal-Milied.

Il-kultivazzjoni tax-xtieli tal-ponsietta jibda fis-serrer għal nofs Awwissu għalkemm din hija pjanta li tieħu r-ruħ fix-xitwa meta l-ajru jibda jiksaħ.

“F’Novembru tibda taqleb għal aħmar biex il-prodott ikun lest għas suq, hawn ħafna domanda għaliha, jinxtraw għad-dar, għal xi uffiċċju u hija xi ħaġa sinonima mal-Milied, illum il-ġurnata” qalet Debbie Cassar.

Debbie Cassar spjegat li bħal bosta pjanti oħra hemm varjetà sħiħa ta’ ponsjetti għalkemm l-aktar popolari u mfittxija hija l-ponsietta l-ħamra.

“Hemm il-ħamra, il bajda, bil-kuluri, hemm l-imnaqqqxin, roża, lewn il-ħawħa, abjad hemm dawk li jkunu bl-irqajja, li tista’ timmaġina. Is-suq huwa vast ħafna, jiġifieri n-nies aktar ma jkun hawn għażla aktar ħa jkollhom pjanta biex iqiegħdu fil-post addatat.”

Ħafna minn dawn il-qsari jispiċċaw jitbielu, jinxfu u jmutu, l-esperti tal-ġardinaġġ jgħidu li bit-tisqija addatta din il-pjanta tista’ twassal minn Milied sa Milied.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar