Politika
Il-poplu ddiżgustat bl-aġir tal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti – Dr Muscat

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-poplu huwa ddiżgustat bl-aġir tal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti u bil-ħsara li qal għamlu lil Malta.

F’Ħaż-Żabbar Dr Muscat qal li l-poplu għandu juża l-vot fil-25 ta’ Mejju, ghal kandidati li għandhom lil Malta f’qalbhom.

Dr Muscat irrefera għaż-żjara fl-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex, li nbniet, minkejja t-taqtigħ il-qalb min-naħa tal-Oppożizzjoni. Qal li din l-iskola medika inbniet mill-kumpannija Steward Healthcare, b’investiment li sa issa kien ta’ €26 miljun, li għalih il-Gvern lanqas ħareġ ċenteżmu. Il-Prim Ministru faħħar lil Maltin li jaħdmu biex iġibu l-investiment f’Malta.

Dr Muscat qal li l-Oppożizzjoni tinsab fi stat ta’ paniku. Qal li tal-Oppożizzjoni ma tgħallmet xejn, għaliex anki f’din il-kampanja rrikorrew għall-gideb. Il-Prim Ministru qal li japprezza s-solidarjetà tal-poplu, imma japprezza iktar jekk il-poplu jivvota għall-kandidati Laburisti fl-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju.

F’attivita oħra politika fin-Naxxar, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-familji, u qal li l-Gvern għaraf ir-realtà tal-familji ġodda, li jekk żewġ persuni jħobbu lil xulxin, ma kellhomx bżonn il-permess tal-Gvern, imma l-Gvern tagħhom l-għarfien li huma daqs ħaddieħor. Dr Muscat qal li hu kburi li għar-raba’ sena Malta ġiet l-ewwel bħala l-iktar post ugwali u bla diskrimianzzjoni ta’ orjentazzjoni sesswali fl-Ewropa kollha.

Il-Prim Ministru Muscat tkellem ukoll dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li ċaħdet it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, biex jingħata kopja tar-rapport tal-inkjesta dwar Egrant u qal li l-kummenti li saru mill-esponenti Nazzjonalisti wara din id-deċiżjoni saru biex iqabbżuhielu, iżda fi kliemu, dr Muscat qal li mhux se jpaxxi lil ħadd. Qal li l-ħajja għalmitu li l-qrusa u l-mibegħda ma jwassluk imkien.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Il-Qorti tal-Maġistrati laqgħet talba tal-Għaqda Repubblika biex issir inkjesta dwar it-trasferiment tat-tliet sptarijiet lill-kumpanija Vitals Global Health. L-Għaqda talbet li ssir din l-inkjesta biex tistabilixxi jekk kienx hemm kompliċità kriminali…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat beda żjara ta’ 24 siegħa fil-Lussemburgu. Fl-ewwel impenn tiegħu, huwa kellu laqgħa mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu Xavier Bettel u iktar tard jiltaqa’ mal-komnunità ta’ ħaddiema Maltin li…

Qorti

Marokkina u Sirjan tressqu l-qorti seperatament u ġew akkużati bi vjolenza domestika fuq xulxin. Huma dehru quddiem il-Magistrat Joe Mifsud bi griff f’wiċċhom. It-tnejn ċaħdu l-akkużi. Il-mara ġiet akkużata fost…

Edukazzjoni

Wara li ħarġu r-riżultati tal-O Levels, ħafna l-istudenti li qed imorru għall-pariri fuq il-karriera jistgħu jaqbdu fis-snin li ġejjin. Dawn is-servizzi tal-pariri qed jingħataw mill-Junior College li joffru pariri wkoll…

Aktar