Politika
“Il-poplu qed iħallas għax Robert Abela ma jistax jiddeċiedi” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li f’dawn l-aħħar tliet snin il-Partit Nazzjonalista għadda minn proċess ta’ tibdil mill-qiegħ biex issa qed jaħdem b’mod kollettiv u strutturat. Qal li issa jonqos li dak li sar internament jasal għand in-nies. Spjega li hija ħasra li l-Gvern li jgawdi popolarità u tela’ bl-għajta kontra l-korruzzjoni qiegħed f’sitwazzjoni ta’ skandlu wara ieħor.

Dr Delia qal li David Thake qatt ma mar għand il-Pulizija biex jagħmel xi rapport kontrih fuq l-allegat offerta ta’ Yorgen Fenech lill-Partit Nazzjonalisa biex tiġi imminata l-kandidatura ta’ David Casa fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li l-Partit Nazzjonalista ċaħad bil-ġurament.

Mistoqsi jekk Yorgen Fenech għandux ċedoli tal-Partit Nazzjonalista, Dr Delia qal li Fenech ma għandux u li huwa illegali li jiġu ppubblikati l-ismijiet tal-persuni li għandhom dawn iċ-ċedoli li skont Delia huma nies tal-familja u anke anzjani li jħobbu lill-Partit. Sostna li huwa qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech wara li sar magħruf li huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black.

Il-Kap Nazzjonalista qal li bil-miljuni tal-korruzzjon, il-Gvern seta’ jnaqqas bin-nofs il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Ikkritika lill-Prim Ministru li ma keċċiex lil Konrad Mizzi li qal għadu jitħallas minn flus il-poplu. Qal li jekk il-Prim Ministru ser jibqa’ ma jagħmel xejn ikun ifisser li mhux kapaċi jiddeċiedi.

Dwar il-Kummissjoni Venezja qal li l-Gvern ma għandux għalfejn jiftaħar li ntlaqgħu l-proposti għax il-pajjiż ma kellux jasal f’dan l-istat. Qal li kien il-Partit Nazzjonalista li ppropona dawn il-miżuri għall-governanza tajba.

Dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija, Dr Delia qal li Angelo Gafa għandu sfidi kbar quddiemu fosthom biex jinvestiga lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri u ser ikun il-poplu li ser jiġġudikah.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar