Politika
Il-poplu se jbati l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Prim Ministru – il-Kap tal-PN

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li ser ikun il-poplu li jbati l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Prim Ministru. Huwa sejjaħ dawn id-deċiżjonijiet irresponsabbli u allega li qed jittieħdu minħabba l-pika li għandu ma’ Chris Fearne.

Dr Delia qal li l-pajjiż m’għandux is-serħan tal-moħħ li għandu l-infrastruttura tas-saħħa lesta u ppreparata għal jekk u meta tiġi t-tieni mewġa tal-virus.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sejjaħ lill-Prim Ministru Robert Abela bħala l-iktar Prim Ministru immatur u mhux ippreparat. Intervistat fuq Net TV, Dr Delia qal li Dr Abela qed jieħu d-deċiżjonijiet fil-pika li għandu ma’ Chris Fearne. Huwa qal li l-Prim Ministru qed jibqa’ jgħid bil-kontra ta’ Chris Fearne u Charmaine Gauci, meta bil-ftit riżorsi li kellhom qegħdin jiksbu riżultati tajbin.  Dr Delia qal li bid-deċiżjonijiet tiegħu, il-Prim MInistru qed jimmina s-sagrifiċċji kbar tan-nies li qegħdin jobdu d-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Dr Delia qal li meta Robert Abela se jnaqqas ir-restrizzjonijiet, il-pajjiż m’għandux is-serħan il-moħħ li hawn biżżejjed ventilators,
u d-900 sodda li ġew imwegħda minn Steward baqgħu ma sarux. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Gvern huwa nieqes mill-ideat għal wara l-COVID-19 u nieqes mill-viżjoni politika meta qed jonqos li joħloq setturi ġodda u jattira l-investimenti minn barra.

Dr Delia qal li f’settur tant importanti bħall-edukazzjoni, il-Gvern ma kkonsultax mal-istakeholders u għamel think thank bla għan u bla konklużjoni waqt li qal li l-partit nazzjonalista ġab lil kulħadd madwar il-mejda f’Konferenza Nazzjonali dwar l-edukazzjoni biex flimkien jippjanaw l-iskejjel ta’ għada.

Mistoqsi dwar ir-riforma Kostituzzjonali, il-Kap tal-Partit nazzjonalista qal li l-Gvern ħareġ il-proposti tiegħu mingħajr ma nforma lill-President, li qed imexxi l-forum dwar it-tibdil Kostituzzjonali. Sejjaħ din bħala attitudni ħażina li qal mhux tibgħat is-sinjal it-tajjeb lill-istituzzjonijiet internazzjonali u Ewropej. Huwa qal li l-Oppożizzjoni se tippubblika l-prosposti tagħha għal konsultazzjoni pubblika biex kulħadd ikun parteċipi ħalli l-Kostituzzjoni tkun tan-nies, għax hija l-qafas tal-liġi li tipproteġi liċ-ċittadini mill-Gvern. Dr Delia qal li jrid ikollna riforma Kostituzzjonali b’saħħitha biex il-Gvern ma jaħtafx iżjed l-istituzzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar