Statistika
Il-popolazzjoni Maltija qed tikber b’iktar twelidijiet milli mwiet u bil-barranin

Is-sena li għaddiet, filwaqt li ġew Malta ftit aktar minn 21,600 immigrant, li aktar minn nofshom huma mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fl-istess waqt telqu minn Malta mas-7,000 ruħ.

Ċifri ppubblikati mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Popolazzjoni juru wkoll li f’Malta, is-sena li għaddiet, twieldu 748 persuna aktar milli mietu. Dan wassal biex il-popolazzjoni ta’ Malta laħqet kważi 476,000 ruħ – żieda ta’ 3.3% fuq l-2016.

Is-sena li għaddiet, il-popolazzjoni f’Malta żdiedet bi 15,400 ruħ. Minnhom 14,600 huma immigranti li ġew Malta biex jaħdmu jew biex jirtiraw fosthom anke kważi 1,500 Maltin.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li l-maġġoranza kbira tal-immigranti, 11, 700 huma minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li bil-moviment ħieles tal-persuni għandhom kull dritt jiġu jgħixu Malta. Miċ-ċifri jirriżulta li l-immigranti minn pajjiżi li mhux fl-Unjoni Ewropea li ġew jgħixu Malta s-sena l-oħra kienu jgħoddu 8,400 skorruti.

Iċ-ċaqliq demografiku juru ukoll li aktar minn 7,000 persuna li kienu qed jgħixu f’Malta telqu minn Malta. Il-maġġoranza tagħhom, kważi 3,500 kienu immigranti mill-pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea.

It-twelid tat-trabi u l-imwiet ukoll għenu biex żdiedet il-popolazzjoni Maltija b’748. Dan għaliex fl-2017, filwaqt li mietu 3,571, twieldu 4,319-il tarbija. L-istatistika turi wkoll li kompliet titwal l-età tal-ħajja għaliex aktar minn 63% tal-persuni li mietu kellhom 75 sena jew aktar.

L-istatistika turi wkoll li ż-żwiġijiet ċivili qabżu ż-żwiġijiet reliġjużi. Is-sena l-oħra f’Malta u Għawdex saru 3,072 żwieġ li jinkludu wkoll żwiġijiet ta’ koppji barranin li għażlu li jiżżewġu f’Malta. L-NSO qal li kważi 55% kienu żwiġijiet ċivili.

Intant, waqt li l-popolazzjoni Maltija tirraprezenta 0.1% tal-popolazzjoni fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, ċifri tal-Eurostat juru li fl-aħħar 50 sena, persentaġġ tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea b’paragun mal-popolazzjoni tad-dinja, naqset bin-nofs. Dan għaliex kien hemm splużjoni fil-popolazzjoni fl-aktar żewġ pajjiżi popolati fid-dinja, iċ-Ċina u l-Indja.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara sofriet minn ġrieħi gravi wara li llejla kienet involuta f’inċident tat-traffiku.  L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Vjal Blue Grotto, fiż-Żurrieq. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett fejn minn stħarriġ preliminari li…

Kultura

Bit-tema ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’, il-bini tal-Parlament qed jilqa’ wirja fotografika biex tfakkar it-30 anniversarju tal-Premju Sakharov. Wirja fotografika li qed issir fil-Parlament tixħet dawl fuq erba’ esponenti ewlenin favur id-drittijiet…

Kronaka

L-għada li dar f’Ħal Luqa inħakmet min-nar qawwi, il-komunità ta’ Ħal Luqa qamet titkellem dwar dak li għaddiet minnha l-familja Theuma, magħrufa għall-presepju li tesebixxi kull sena fi żmien il-Milied….

Knisja Maltija

Għeluq sena ta’ anniversarji fiż-Żurrieq  b’pellegrinaġġ bl-istatwa titulari ta’ Santa Katarina li għalqet mitejn sena. Arja ta’ festa fiż-Żurrieq il-Ħadd filgħodu, b’pellegrinaġġ bl-istatwa titulari ta’ Santa Katarina li għalqet mitejn…

Aktar