
Il-kumpanija Malta Freeport Terminals żanżnet l-ewwel seba’ minn 15-il krejn ġdid li sa Marzu jkunu qed joperaw kollha. Skont il-Kap Eżekuttiv tal-Freeport Alex Montebello dawn ser jgħinu biex jonqsu l-ħsejjes u inkonvinjent għar-residenti tal-viċin. Is-sur Montebello qal li l-Freeport qed jinvesti €31 miljun biex ikompli itejjeb l-operat u l-effiċjenza tiegħu.
Il-Malta Freeport Terminals ħabbar programm ta’ investiment ta’ €31 miljun, fosthom fix-xiri ta’ krejnijiet ġodda u vetturi għall-ġarr tal-kontejners. L-akbar investiment huwa fi ħmistax-il krejn magħrufa bħala RTGs – Rubber Tyred Gantry Cranes li ser iżidu l-effiċjenza fl-operat tal-kumpanija. Il-Kap Eżekuttiv Alex Montebello spjega li dawn il-krejnijiet bl-aħħar teknoloġija joffru aktar sigurtà fix-xogħol waqt li jnaqsu wkoll il-konsum tal-enerġija.
Huwa qal li fost l-innovazzjoni tagħhom hemm li ma’ nżul ix-xemx inaqqsu awtomatikament inaqqsu l-ħoss tagħhom. Is-Sur Montebello qal li dan sar wara li l-kumpanija flimkien mal-Gvern semgħu l-ilmenti tar-residenti ta’ Birżebbuġa li kienu qed ibatu b’inkonvejent kbir iġġenerat mill-alarms tal-krejnijiet.
Alex Montebello qal “il-ħoss li jiġi ġġenerat mill-alarm tal-RTG se jkun ferm inqas minn dik li hemm eżistenti illum fir-rispett sħiħ tar-requirements tal-health and safety imma dan se jwassal għal inqas inkonvenjent għal-lokalità ta’ Birżebbuġa.
Mistoqsi minn TVM dwar x’miżuri se tieħu l-kumpanija biex jitnaqqas l-inkonvenjent bl-istorbju bil-krejns l-oħra, is-Sur Montebelo qal li sar isir aġġustamenti fihom.
Alex Montebello qal “il-Freeport diġà ħa deċiżjoni li jagħmel retro-fitting ta’ din it-tip ta’ alarm anke fuq il-50 RTG eżistenti u kollha se jkunu equipped b’din it-tip ta’ teknoloġija.
F’konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Minsitru Konrad Mizzi, is-sur Montebello saħaq li dan l-investiment sar minħabba li żdied ix-xogħol fil-Freeport kif ukoll biex ikun jista’ jikkompetti ma’ freeports oħra. Semma’ kif is-sena li għaddiet kienet rekord b’aktar minn 2,200 vapur li ħadmu mal-freeprot u b’aktar minn tliet miljun u tliet mitt elf kontejner li għaddew mill-freeport. Qal li biex ilaħħaq max-xogħol, il-kumpanija qed tippjana li tkabbar wieħed miż-żewġ terminals tagħha.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan l-investiment se jkompli jgħin biex il-Freeport ikun kompettivi bħala ċentru tat-trasport fil-Mediterran.
Il-Ministru Mizzi qal “huwa importanti għall-ekonomija għax dawn il-krejnijiet jistekkjaw sa sitt kontejners fuq xulxin. Il-medja fl-Ewropa huwa li jistekkjaw erbgħa. B’hekk biex ma nkabbrux l-ispazju li jintuża fil-Freeportqed nistekkjaw iktar fil-għoli biex b’hekk il-footprint ma tikbirx.”
Il-Ministru Mizzi ddiskuta mat-tmexxija tal-freeport inizjattivi oħra li l-Freeport jista’ jagħmel biex ipatti għall-inkonvinjet tar-residenti. Huwa qal li l-kumpanija hija impenjata fost oħrajn li tagħmel ġnien u parkeġġ għar-residenti ta’ Birżebbuġa, f’żona bejn il-Freeport u l-Bajja s-Sabiħa.



‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…
F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…
Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…
Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….