Il-Premju Francis Ebejer 2015 għall-kitba għat-teatru u r-radjudrammi

Il-Kunsill Malti għall-Arti nieda l-edizzjoni 2015 tal-Premju Francis Ebejer – il-kompetizzjoni nazzjonali ta’ kitba għat-teatru u r-radjudrammi.

Il-Premju Francis Ebejer rega’ fetaħ għas-sena 2015 wara eżercizzju ta’ ristrutturar li kien jinkludi taħriġ għall-kittieba u huwa mmirat lejn kittieba ġodda u stabbiliti biex jaqsmu xogħlijiethom ma’ udjenza wiesgħa u joffri pjattaforma b’saħħitha għal iktar skritti promettenti bil-Malti.

Il-Premju tnieda waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ntwerew siltiet minn Ma Rridx Immur, l-iskritt rebbieħ tal-Premju Francis Ebejer sentejn ilu u li se jittella’ fit-Teatru Manoel il-Ġimgha u s-Sibt. L-iskritt għandu kitba ta’ Leanne Ellul.

Il-Ministru responsabbli mill-Kultura, Owen Bonnici qal li l-premju ma jinkludix biss premji fi flus, iżda wkoll għajnuna biex id-drammi rebbieħa jittellgħu u jiġu ppubblikati. Il-Premju Francis Ebejer huwa miftuħ għal kittieba ta’ kull età, grad ta’ esperjenza u nazzjonalità u l-ilsien ewlieni li fih jinkitbu l-iskritti għandu jkun il-Malti.

Bћala parti mir-ristrutturar tal-Premju, ġie ffurmat core group biex jiddiskuti l-futur tal-Premju u t-taћriġ meћtieġ biex jiġu żvilupatti skritti ta’ kwalità gћolja. B’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta u ċ-Ċentru tal-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, bћalissa gћaddej kors tal-kitba li jinkludi sensiela ta’ workshops. Tliet kittieba u akkademiċi internazzjonali ġew mistiedna gћal dan il-kors. B’kollox irreġistraw 22 applikant.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar