Politika
Il-President dwar it-tkattir ta’ valuri bħall-paċi fost it-tfal

L-irwol ta’ Malta fil-ħidma favur il-paċi u t-tkattir tal-valuri ta’ aċċetazzjoni u paċi fost it-tfal kienu fil-qofol tad-diskors li għamel il-President George Vella f’Simpożju dwar ix-xejriet akkademici fl-edukazzjoni għat-tolleranza. Għas-simpożju organizzat mill-kunsill dinji għat-tolleranza u l-paċi li qed jitlaqqa’ f’Malta, qed jattendu rappreżentanti ta’ universitajiet, riċerkaturi u akkademiċi mill-Ewropea, l-Istati Uniti, l-Afrika, l-Asja u l-Awstralja.

Il-President ta’ Malta George Vella qal li Malta dejjem kienet id-dar naturali għat-tisħiħ tal-paċi u l-aċċettazzjoni. Huwa tkellem dwar l-importanza li titkattar l-edukazzjoni dwar il-paċi u t-tolleranza minn età żgħira meta fetaħ simpożju akkademiku organizzat mill-Kunsill Globali għall-paċi u t-tolleranza.

Il-President ġab eżempju ta’ kif tfal żgħar ma jafux joħolqu diskriminazzjoni bejniethom, u saħaq fuq l-importanza li għandhom il-familja u l-iskejjel fit-tisħiħ ta’ prinċipji sodi ta’ aċċettazzjoni.

”Meta teduka lit-tfal mill-bidu nett u tibqa’ tiela’ tkun qed telimina d-differenzi li jistgħu jinħolqu mill-preġudizzju. Għax iktar ma tkunx taf fuq dak li jkun iktar jista’ jkollok dubju fuqu, iktar ma tkun tafu inqas ikollok dubju.”

Dr Vella qal li jeħtieġ ikun hemm rikonoxximent akbar għall-kuntatt fost in-nies u tkellem dwar l-importanza li l-materjal edukattiv ikun imsaħħaħ billi t-tfal imissu b’idejhom dak li jkunu qed jitgħallmu. Il-President saħaq dwar l-importanza li ikun hemm aktar mobbiltà fost iż-żgħażagħ.

Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella qal li hemm diversi mod dwar kif tista’ tinkiseb il-paċi. Żied li l-kooperazzjoni bejn l-istati u r-reġjuni hi kritika u li minnha jista’ jgawdi kulħadd.

Il-President tal-Kunsill Dinji għat-Tolleranza u l-Paċi, Ahmed Al-Jarwan elenka ħidmet il-kunsill mindu 3 snin ilu twaqqaf bl-għajnuna tal-Gvern Malti. Qal li l-edukazzjoni għolja għandha rwol kruċjali biex tipprepara fost oħrajn il-mexxejja dwar kif jirrispondu għal sitwazzjonijiet ta’ razziżmu, terroriżmu u diskriminazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) sfidat lill-Prim Ministru sabiex jippublika l-istrateġija li biha qed jillaxka r-restrizzjonijiet li ttieħdu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba l-imxija tal-Covid-19. Fi stqarrija l-MUMN qalet li qed…

Safar

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jiftaħ mill-ġdid l-ajruport għalkemm tibqa’ żżomm mal-pożizzjoni tagħha li kien ikun aħjar għas-settur turistiku li kieku l-ajruport jiftaħ fil-15 ta’…

COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi…

Aktar