Lokali
Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca tinħatar President tal-European children’s rights network

Il-President Emeritu, u Chairperson tal-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, Marie Louise Coleiro Preca ġiet maħtura President tal-organizzazzjoni Eurochild, network Ewropea prestiġġjuża li taħdem favur id-drittijiet tat-tfal, b’aktar minn 170 membru minn 34 pajjiż differenti.

Illum, l-Assemblea Ġenerali tal-Eurochild eleġġiet lil Coleiro Preca bħala l-President tal-Eurochild fid-dawl tal-fatt li minn dejjem kienet instrumentali biex tagħti vuċi lit-tfal, u anke għad-dedikazzjoni tagħha lejn il-well being tas-soċjetà u ta’ dawk l-aktar vulnerabbli.

Eurochild hija network ta’ organizzazzjonijiet Ewropej li jaħdmu mat-tfal u għat-tfal, għaqdiet li b’ħidmiethom jassiguraw li lkoll ngħixu f’soċjetà, li tirrispetta d-drittijiet tat-tfal. Eurochild taħdem bi sħiħ sabiex tinfluwenza policies fl-organi ewlenin tal-Ewropa.

Bi preparazzjoni għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tax-xahar id-dieħel, Eurochild qed tikkampanja għall-Parlament li jaħdem favur it-tfal permezz tal-kampanja “Vote for Children.”

Il-President Emeritu Coleiro Preca stqarret li hija onorata li f’dan ir-rwol il-ġdid u qalet li l-parteċipazzjoni attiva tat-tfal kienet fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha, kemm meta kienet Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u anke meta serviet bħala President ta’ Malta.

“Hija x-xewqa tiegħi li bħala President ta’ din l-organizzazzjoni tant prestiġġjuża, naħdem sabiex nassigura li l-parteċipazzjoni attiva tat-tfal ikun mudell fuq livell Ewropew b’mod ħolistiku, biex b’hekk tingħata l-importanza meħtieġa lejn il-vuċi tat-tfal. Tassew nemmen li globalment, l-Ewropa jista’ jkollha rwol ewlieni f’dan ir-rigward,” qalet Coleiro Preca.

Fl-2014, Coleiro Preca waqqfet il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, – li issa biddlet isimha għal The Malta Foundation for the Well being of Society.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ xufiera ta’ coaches dalgħodu rrikorrew għall-kura f’ċentru tas-saħħa wara ħabta fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00am bejn coach tal-Aviaserv u coach tal-AirMalta, li ma kinux qed iġorru…

Xogħol

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, filwaqt li nieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, qal li l-ekonomija tistrieħ fuq il-ħaddiem, u li dan il-premju jirrikonoxxi l-bżulija. Iċ-Chairperson tal-kumitat organizzattiv, Angela Agius, spjegat li…

Kultura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa,…

Sigurtà

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt. TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar…

Aktar