Turiżmu
Il-President f’laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni għat-Turiżmu fil-Mediterran

Il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li t-turiżmu hu katalist għall-paċi u biex ilaqqa’ lin-nies flimkien. Il-President kienet qed titkellem waqt li ppresediet laqgħa tal-bord tal-gvernaturi tal-Fondazzjoni għat-Turiżmu fil-Mediterran fil-preżenza tas-segretarju ġenerali tal-organizazzjoni dinija għat-turiżmu, Zurab Pololikashvili.

Il-President qalet li l-fondazzjoni qed taħdem biex il-pajjiżi fil-Mditerran, minflok jikkompetu bejniethom, jaħdmu biex jippromwovu r-reġjun bħala destinazzjoni turistika billi joffru prodott aħjar waqt li jitnaqqas il-faqar. Qalet li l-fondazzjoni tħares li dak li qed jagħmlu il-pajjiżi fil-mediterran, jadottawh reġjuni oħra.

Is-Sur Pololikashvili qal li l-ambizzjoni tal-organizzazjoni hi li jkun hemm aktar mexxejja li jappoġġjaw it-turiżmu. Semma fost oħrajn is-suq Ċiniż, bil-viżitaturi interessati li jżuru għadd ta’ pajjiżi fl-istess btala u qal li l-Mediterran huwa ideali għalihom.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar