Barranin
Il-President Franċiż b’laqgħat mat-trade unions u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

Il-President Franċiż Emmanuel Macron illum mistenni li jiltaqa’ mat-trade unions u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, bit-tama li jtemm darba għal dejjem ir-rewwixti f’Pariġi u fi bliet oħra tal-madwar. Macron se jkun qed jagħmel din il-laqgħa qabel ma hu skedat li jagħti diskors fuq it-televiżjoni fejn mistenni li jħabbar miżuri b’reazzjoni għall-ħerba li sofriet il-belt kapitali Franċiża.

Ir-rewwixti vjolenti f’Pariġi issa ilhom għaddejjin għal erba’ ġimgħat u dan minħabba rabja fuq iż-żieda tat-taxxi fuq il-fuel, żieda fl-għoli tal-ħajja u kwistjonijiet oħra. Is-Sibt li għadda ħadu sehem fil-protesta mal-136,000 ruħ, li minnhom aktar minn 1,200 ġew arrestati.

L-agħar milquta minn dawn il-protesti vjolenti kienet il-belt kapitali Pariġi, b’għadd ta’ vetrini tal-ħwienet li sfaw imkissra, karozzi li ngħataw in-nar, u serq minn diversi ħwienet. Ħadu sehem f’dawn id-dimostrazzjonijiet, mal-10,000 ruħ.

Il-Ministru għall-Finanzi Bruno Le Maire ddeskriva s-stiwazzjoni bħala waħda katastrofika kemm għan-negozju u anki għall-ekonomija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti rtirat il-mandati ta’ inibizzjoni maħruġa mill-ewwel Qorti, li kienu qed iwaqqfu milli tiġi infurzata l-liġi kontra persuni trans fl-armata. Din il-liġi kontroversjali, li tippermetti lill-armata tkeċċi…

Barranin

Emiliano Sala, plejer Arġentin li kien fi triqtu biex jingħaqad mal-klabb il-ġdid Cardiff City, ma nstemax b’aħbaru. Ilbieraħ, huwa kien abbord ajruplan żgħir li telaq minn Nantes fi Franza u…

Barranin

Il-kantant Amerikan Chris Brown ġie arrestat f’Pariġi fuq allegat stupru u użu eċċessiv ta’ droga. Brown qed jinżamm arrestat flimkien ma’ żewġ persuni oħra li għadhom ma ġewx identifikati. L-ambaxxata…

Barranin

Ftit jiem qabel l-inawgurazzjoni tal-ftuħ ta’ lukanda f’Liverpool, ħaddiem baqa’ dieħel intenzjonalment fil-faċċata tal-binja b’digger. Diversi sorsi qed jirrappurtaw li ħaddiem li ma baqa’ ma tħallasx ta’ xogħlu mill-kuntrattur tal-lukanda…

Aktar