Barranin
Il-President Franċiż jgħid li Notre Dame se jinbena isbaħ milli kien

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-Katidral Notre Dame se jinbena isbaħ milli kien u qal li x-xogħol irid ikun komplut f’ħames snin.

Nirien qawwija ħakmu lill-binja Gotika ta’ 850 sena li kkawżaw ħsarat estensivi u qerdu partijiet mis-saqaf.

Uffiċjali sostnew li l-Katidral kien minuti biss lil hinn minn qerda kompleta.

Minkejja l-impenn ta’ Macron, esperti sostnew li l-eżerċizzju ta’ rikostruzzjoni possibilment jieħu għexieren ta’ snin. Kumpaniji u multi miljunarji wiegħdu l-kontribuzzjonijiet tagħhom li jlaħħqu it-€800 miljun biex jinbena mill-ġdid is-sit rikonoxxut mill-Unesco bħala patrimonju dinji.