Politika
Il-President George Vella jaqsam il-viżjoni tiegħu mal-Oppożizzjoni

Il-President George Vella kompla jaqsam il-viżjoni tiegħu f’laqgħa ta’ korteżija mal-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni mmexxi mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

Il-President Vella wera sogħba għall-qtil tal-immigrant mill-Kosta tal-Avorju, u qal li jittama li dan mhuwiex każ ta’ razziżmu jew xenofobija kontra l-immigranti. Dwar l-inkwiet fil-Libja, il-President appella biex tinstab soluzzjoni politika.

Il-President qal li se jsarraf il-fiduċja murija fih mill-Gvern u mill-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni bl-għan li titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ kull ċittadin. Huwa qal li l-membri parlamentari jridu juru serjetà u tħejjija biex jiksbu r-rispett tal-poplu. Il-President qal li pajjiżna għandu ħafna sfidi quddiemu li ma jistgħux jiġu injorati.

Il-President Vella qal li d-dover tiegħu hu li jitkellem mal-membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni biex fi kliemu jkunu l-boxxla morali tal-pajjiż. Il-President qal li Malta qed tiffaċċja sfidi minn barra u minn ġewwa l-pajjiż. Dwar il-qtil ta’ immigrant mill-Kosta tal-Avorju, il-President Vella qal li kull qtil huwa ikrah, u jittama li dan mhux riżultat ta’ razziżmu jew xenofobija.

Dwar is-sitwazzjoni fil-Libja, il-President Vella stqarr li huwa mħasseb, u jittama li tinstab soluzzjoni politika u mhux militari. Il-President qal li minħabba dan il-kunflitt, diġà hemm Libjani li qed jaħarbu minn Tripli. Qal li dan l-inkwiet jista’ jwassal għal mewġa ta’ Libjani li jħallu pajjizhom lejn l-Ewropa. Qal li anke kien f’kuntatt mal-Isqof Malti, George Bugeja, li jinsab Tripli.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li hu wkoll imħasseb bis-sitwazzjoni fil-Libja u l-effetti li jista’ jkollha fuq Malta. Dr Delia saħaq li l-pajjiż għandu jkun ippreparat għal kull eventwalità. Huwa stqarr li hu kburi li l-President għandu l-istess fehma tal-Oppożizzjoni, għax iħaddan il-valur tal-ħajja. Il-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr li jinsab ċert li l-President Vella se jimpenja ruħu biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, l-aktar ta’ dawk vulnerabbli.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

L-ikbar kumpanija internazzjonali ta’ bastimenti ro-ro Wallenius Wilhelmsen ASA għażlet lil Malta biex tirreġistra l-bastimenti tagħha.  Fi stqarrija, il-Ministeru għat-Trasport qal li din il-kumpanija se tirreġistra 32 bastiment taħt l-entità Maltija tat-Tonnage Tax…

Elezzjoni

Il-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech qal li l-protezzjoni għall-whistleblowers għandu jkun estiż għall-ġurnalisti investigattivi. Dr Zammit Dimech qal li ressaq proposta biex ikun hemm mekkaniżmu favur l-iċċekjar tal-fatti biex…

Kronaka

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri raġel jisraq qmis minn ħanut tal-ħwejjeġ fi Pjazza Antoine De Paule, f’Raħal Ġdid. Ir-raġel jidher jidħol fil-ħanut, iniżżel il-qmis mill-ixkaffa, u jdawwarha f’idejh,…

Infrastruttura

Fl-aħħar sentejn sar b’aktar minn miljun Ewro f’xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fi 32 blokka ta’ appartamenti tal-Gvern f’Ħal Qormi. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li b’dan l-investiment…

Aktar