Il-President iħeġġeġ azzjoni kontra l-faqar qabel il-budget

Il-President George Abela appella biex issir ħidma immedjata kontra l-faqar. Il-President kien qed jitkellem meta dalgħodu nieda r-reba’ edizzjoni ta’ Tisjir mill-Qalb – ġabra ta’ riċetti koki li jieħdu sehem fi programmi televiżivi – li l-qligħ mill-bejgħ minnu dse jmur għal l-Istrina.

Il-President Abela sostna li l-faqar f’Malta jeżisti bis-serjetà u ssuġġerixxa li għandu jittieħed l-istudju li għamlu l-Caritas f’Marzu li għadda, jiġi aġġornat u l-awtoritajiet iqisu sew is-sitwazzjoni tal-faqar u jaraw kif jgħinu lil dawk f’riskju qabel jitħabbar il-budget.

Dr Abela qal li n-numru ta’ persuni li ma jistgħux jixtru l-affarijiet essenzjali, inkluż ikel u ħwejjeġ, huwa kbir.

Il-Malta Community Chest Fund is-sena li għaddiet irċeva 2,000 talba għal għajnuna, li minnhom 510 ġew riferuti lil social worker – “figuri li juru l-kobor ta’ dan il-fenomenu soċjali”.

Il-President qal li hu stmat li 60,000 persuna jew 15 fil-mija tal-popolazzjoni tinsab f’riskju tal-faqar. Fl-2011, studju tal-Eurostat qal 88,000 persuna jew 22 fil-mija tal-popolazzjoni kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Is-sena l-oħra din kienet proġettata li tilħaq 92,000.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Aktar