Lokali
Il-President issejjaħ għall-verità u għall-korrezzjoni tal-ineżattezzi fil-każ ta’ Paqpaqli

Ikompli l-eku dwar l-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina tal-2015 li fih kienu ndarbu 23 ruħ. Wara li fil-Qorti, il-President Emeritu George Abela xehed li fil-Presidenza tiegħu, ir-responsabbiltà għal din l-attività kienet taqa’ fuq spalltu, l-Uffiċċju tal-President Marie Louise Coliero Preca fi stqarrija ta l-verżjoni tiegħu. Il-President qalet li f’dan il-każ irrinunzjat l-immunità kostituzzjoni biex tat ix-xhieda tagħha tal-fatti. Hija tenniet li hija ma kellha l-ebda sehem sostanttiv fl-organizzazzjoni ta’ Paqpaqli għall-Istrina u kienet tkun irresponsabiltà għall-Kap tal-Istat li jagħmel dan meta ma kellha ebda għarfien u kompetenza teknika fil-karozzi.

Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-President qal li ntqalu diversi ineżattezzi. Il-President Marie Louise Coliero Preca qalet li Paqpaqli għall-Istrina bdiet qabel hija nħatret bħala President. Stqarret li hija inkoraġġiet din l-attività nobbli biex tiġbor fondi għall-Community Chest Fund u bħal attivitajiet oħra tat il-patrunaġġ tagħha iżda żiedet tgħid li ma kellha assolutament, l-ebda sehem, fl-organizzazzjoni tagħha.

Fl-istqarrija ntqal li hija fil-fatt iltaqgħet f’okkażjoni waħda, f’Lulju 2015 mat-tim ta’ Paqpaqli għall-Istrina, meta attendiet parti minn laqgħa, iżda ma ħadet l-ebda deċiżjoni sostantiva f’dan ir-rigward. Żiedet tgħid li lanqas ma assumiet, xi rwol organizzativ, f’Paqpaqli għall-Istrina.

Fl-istqarrija tagħha, il-President sostniet li kienet tkun irresponsabbiltà għall-Kap tal-Istat li tagħmel dan meta ma’ kellha ebda għarfien u kompetenza teknika fil-karozzi.

Qalet li l-involviment tal-Malta Community Chest Fund f’Paqpaqli għall-Istrina kien strettament limitat għall-sapport amministrattiv u riklamar u biex tkopri l-ispejjeż elatati mal-attività. Il-President qalet li kwalunkwe stqarrija, b’kuntrarju għal dan, hija qarrieqa, u tgħawweġ il-verità. Fl-istqarrija ntqal ukoll li sitt xhur qabel l-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina ttieħed pass importanti biex tinħoloq distinzjoni ċara bejn l-Uffiċċju tal-President u l-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund.

Intqal li din il-bidla radikali ġiet riflessa fil-kostituzzjoni tal-fondazzjoni. Qalet li b’hekk effettivament id-dipendenza tal-Malta Community Chest Fund Foundation fuq il-Kap tal-Istat, inbidlet kompletament, ir-relazzjoni li kienet teżisti qabel, bejn it-tnejn. Ġie spjegat li l-Malta Community Chest Fund Foundation żammet ir-rwol importanti bħala fundraiser, u bħala benefiċjarju grat ta’ bosta iniżjattivi, bħal Paqpaqli għall-Istrina.

L-Uffiċċju tal-President, jirrijafferma, li minn meta seħħ dan l-inċident orribbli, l-oġġettiv ewlieni tiegħu, kien li jesprimi solidarjetà mal-vittmi, u biex jikkopera mal-awtoritajiet ħalli jiġi assigurat li jiġu stabbiliti l-fatti.L-istqarrija mill-Uffiċċju tal-President ikkonkludiet li filwaqt li għandhom jiġu ċċarati l-impressjonijiet żbaljati li qamu, appellat biex ma jintqalux ineżattezzi u inkorrettezzi, li ma jservu għalxejn ħlief li jostakolaw il-verità, u biex issir il-ġustizzja.

Ara wkoll:

George Abela jgħid li fil-Presidenza tiegħu kien responsabbli għal Paqpaqli

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri u għall-pubbliku. Dan waqt laqgħa li kellu mal-Kuntistabbli…

Aktar