Lokali
Il-President iżur lill-pazjenti fl-isptar Mater Dei

Il-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-sinjura Vella żar lill-pazjenti tal-isptar Mater Dei flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Dr Vella qal li ż-żjara għamilha biex iwassal messaġġ lill-pazjenti li mhumiex minsija u li bħala President se jagħti appoġġ lill-pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta permezz tal-Malta Community Chest Fund. B’rabta mal-inċident traġiku fl-Imġarr, il-President appella għal iktar kawtela fis-sewqan u għall-għoti tad-demm.

Il-President Vella qal li jrid li jagħti tama li kull pazjent fid-dwejjaq u l-uġigħ li jgħaddi minnu u jirringrazzja lit-tobba u lill-istaff għad-dedikazzjoni fix-xogħol tagħhom. Bħala tabib, il-President Vella qal li japprezza li t-tobba jispeċjalizzaw barra l-pajjiż u jiġu lura biex jagħtu s-servizzi tagħhom lill-pazjenti Maltin. Qal li dan jagħmluh b’sagrifiċċju għax kieku baqgħu jaħdmu barra kien ikun ferm iktar vantaġġjuż għalihom finanzjarjament. Il-President Vella żar għadd ta’ pazjenti fis-swali u għaddielhom messaġġi ta’ inkoraġġiment lilhom u lil qrabahom.

Il-Ministru Fearne rringrazzja lill-President Vella għall-appoġġ tiegħu lill-pazjenti u l-istaff u qal li bħala Ministeru se jagħti appoġġ sħiħ għal kull inizjattiva li tieħu l-Presidenza.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar