Lokali
AĠĠORNAT: Il-President u l-Għaqda Repubblika jesprimu t-tama li jiltaqgħu

Nuqqas ta’ ftehim dwar korrispondenza bejn l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta u l-Għaqda Repubblika, jidher li twitta biż-żewġ naħat jesprimu t-tama li jiltaqgħu dwar il-proposti fuq ir-riforma Kostituzzjonali.

Iktar qabel il-President George Vella qal li rċieva pakkett bid-dokumenti tal-Għaqda Repubblika dwar proposti għar-riforma Kostituzzjonali, f’Marzu li għadda meta kien għadu ma ħax il-ġurament tal-ħatra. Huwa qal li rrisponda dakinhar stess jgħid lill-Għaqda Repubblika li ladarba jieħu l-ġurament ikun lest jiltaqa’ mal-Għaqda u jiddiskuti mar-rappreżentanti tal-Għaqda, ir-riforma Kostituzzjonali.

Iktar tard l-Uffiċċju tal-President qal li ittra oħra mingħand l-Għaqda Repubblika dwar l-istess tema mibgħuta f’Ġunju, qatt ma ġiet għall-attenzjoni tal-President u għalhekk tenna r-rieda li huwa lest jiltaqa’ mal-Għaqda Repubblika malli tkun miftehma data maqbula bejn iż-żewġ naħat.

Mill-banda l-oħra l-Għaqda Repubblika laqgħet l-impenn tal-President ta’ Malta biex jiltaqa’ mar-rappreżentanti tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Ambjent

Il-Ministru tal-Ambjent, Jose Herrera, ħabbar ristrutturar fl-aġenzija Ambjent Malta. Dr Herrera qal li din se tersaq aktar lejn iċ-ċentru tal-politika tal-pajjiż, iżda ma kkonfermax li se tinbidel f’awtorità. Żied jgħid…

Kronaka

Ħaddiem weġġa’ serjament f’San Ġwann meta waqa’ fuqu numru ta’ ħadid. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 ġo fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann. Ir-raġel huwa Libjan ta’ 26 sena, residenti…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ 56 immigrant iddaħħlu f’Malta llum waranofsinhar abbord patrol boat tal-Forzi Armati. L-immigranti, li ġew salvati mill-Mediterran, iddaħħlu f’Xatt it-Tiben u ngħataw f’idejn il-Pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li…

Aktar