Lokali
Il-President jiltaqa’ mal-familja Caruana Galizia f’laqgħa privata

L-Uffiċċju tal-President qal fi stqarrija li l-President George Vella dalgħodu ltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-familja Caruana Galizia, f’forma privata. Il-laqgħa saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton, fil-preżenza tas-Sinjura Miriam Vella.

Kien rappurtat li laqgħa simili saret il-bieraħ mal-Prim Ministru Robert Abela.

Il-laqgħat saru jiem wara li ġiet ippubblikata l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fejn il-bord ressaq ‘il quddiem għadd ta’ rakkomandazzjonijiet.

Fl-ewwel reazzjoni wara l-publikazzjoni tal-inkjesta, il-Prim Ministru kien talab apoloġija lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia u lil dawk kollha li ġew affettwati b’mod negattiv min-nuqqas li kellu l-istat biex jevita l-qtil tal-ġurnalista. Il-Ħadd li għadda, Dr Abela qal li minn din il-ġimgħa stess se jibda jikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati fuq ir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport.