Lokali
Il-President se jattendi l-15-il laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat tal-Grupp Arraiolos fil-Ġreċja

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella se jkunu l-Ġreċja sabiex jattendu l-15-il laqgħa ta’ Kapijiet ta’ Stat tal-Grupp Arraiolos f’Ateni, il-Ġreċja.

Matul dawn il-laqgħat, il-President Vella ser ikun qed jingħaqad ma’ presidenti oħra Ewropej, fosthom dawk tal-Ġreċja, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Kroazja, il-Polonja, il-Portugall, u tas-Slovenja.

Il-Grupp Arraiolos huwa maħsub bħala laqgħa ta’ Kapijiet ta’ Stat li jiltaqgħu kull sena biex jaqsmu ħsibijiethom fuq temi ta’ rilevanza Ewropea u internazzjonali bħal ma huma l-immigrazzjoni, il-futur tal-Ewropa, u l-qagħda finanzjarja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Sakemm il-President ikun il-Ġreċja, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar