Lokali
Il-President se tmexxi delegazzjoni fit-Turkija

Iktar tard din il-ġimgħa, il-President Marie Louise Coleiro Preca se jkollha żjara statali fit-Turkija. Hi se tkun akkumpanjata minn delegazzjoni tan-negozju magħmulha minn 50 persuna.

Delegazzjoni ta’ 50 persuna se takkumpanja lill-President Marie Louise Coleiro Preca fi żjara statali li se tagħmel iżjed tard din il-ġimgħa fit-Turkija. Waqt laqgħa bi tħejjija għal din iż-żjara, il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li fit-Turkija hemm potenzjal ta’ iżjed investiment bejn iż-żewġ pajjiżi u sostniet li hu għalhekk li tinsab konvinta li din iż-żjara statali se tkun waħda li se tħalli l-frott għan-negozji Maltin waqt li tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi u bilaterali bejn Malta u t-Turkija.

Is-Sur Lino Mintoff, mill-Kamra tal-Kummerċ li se jkun qed imexxi d-delegazzjoni tan-negozjanti fit-Turkija, spjega lil TVM li dawn il-50 persuna ġejjin minn setturi varji.

Lino Mintoff qal “għandna l-kostruzzjoni, financial services, is-settur marittimu, għandna wkoll recycling u oħrajn varji. Ovvjament din it-trade delegation se tiltaqa’ ma’ kumpaniji Torok ukoll li se jiġu għall-B2B meetings li se nkunu qed norganzizaw aħna bħala Chamber mal-counterpart tagħna fit-Turkija u se jkollhom l-opportunita’ ovvjament li jsibu opportunitajiet ta’ partnering bejn il-kumpaniji Maltin u dawk Torok.”

F’Istanbul id-delegazzjoni Maltija se tieħu sehem f’forum tan-negozju, tat-turiżmu, u wkoll forum organizzat mill-Malta Enterprise. Fil-kapitali Ankara, il-President Marie Louise Coleiro Preca se jkollha laqgħa mal-President Tork Tayyip Erdogan.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Il-Union tal-Edukaturi Professjonisti, UPE qalet li l-Kunsill tal-Għalliema, iddeċieda li mis-sena skolastika li ġejja, l-għalliema kollha li se japplikaw għall-warrant ser ikollhom jippreżentaw il-fedina penali tagħhom maħruġa fl-aħħar xahar, flok iċ-ċertifikat…

Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Aktar