Lokali
Il-President taħtar lil Christabelle ambaxxatriċi għas-saħħa mentali

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca ħatret lill-kantanta Christabelle ambaxxatriċi tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà fuq il-qasam tas-saħħa mentali. Waqt żjara fil-Palazz ta’ Sant Anton, Christabelle aċċettat mill-ewwel u stqarret li dan huwa unur għaliha.

Bil-kanzunetta tagħha Taboo, Christabelle tittama li tagħmel kuraġġ lil min ibati minn kundizzjoni tas-saħħa mentali biex ma jaqtax qalbu u jfittex l-għajnuna.

Il-President qalet li s-saħħa mentali tolqot ħafna nies mingħajr ma tħares lejn età jew uċuħ. Qalet ukoll li se tkun qed tagħmel kuntatt ma’ diversi pjattaformi Ewropej li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali sabiex anki huma wkoll iwasslu l-messaġġ tal-kanzunetta Maltija, Taboo li f’Mejju li gej permezz ta’ Christabelle ser tirraprezenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fil-Portugall.

Ara x’qalet Christabelle dwar il-ħatra tagħha mill-President: