Unjoni Ewropea
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea laqgħet il-pjani ta’ Malta biex twettaq ir-riformi legali u istituzzjonali

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen laqgħet il-pjani ta’ Malta biex twettaq ir-riformi legali u istituzzjonali relatati mat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt. F’ittra lill-Prim Ministru Robert Abela, il-Preisdent tal-Kummissjoni Ewropea qalet li l-appoġġ tal-Kummissjoni Venezja għall-pjan ta’ riforma ta’ Malta hu inkoraġġanti ħafna waqt li Dr Abela f’reazzjoni qal li jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi li qed jagħmel il-Gvern biex iwettaq il-bidliet.

Ir-reazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela għall-ittra li bagħtet il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Ir-reazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela għall-ittra dwar ir-riformi li l-Gvern qed iwettaq biex tkun imsaħħa s-saltna tad-dritt u l-governanza tajba. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen tfaħħar ħafna l-koperazzjoni tal-Gvern Malti mal-Kummissjoni Veneżja. Dawn ir-riformi bħalissa jinsabu quddiem il-Parlament.

Gepostet von MaltaGov am Dienstag, 14. Juli 2020

F’ittra li l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen bagħtet lill-Prim Ministru Robert Abela u ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, hija fissret ir-rieda tal-Gvern Malti li jikkonsulta u jwettaq ir-riformi għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura bħala pass pożittiv u sinjal tal-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ dawn l-oqsma.

Fl-ittra, hija laqgħet l-aġġornament li rċeviet mill-Gvern Malti fuq il-pjani ta’ riformi legali u istituzzjonali li se jsiru skont dak maqbul mal-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa fl-ittra t’April li għadda u kif rakkomandat mill-Kummissjoni Ewropea stess f’Mejju li għadda.

“Napprezza l-fatt li l-Kummissjoni qed tinnota l-isforzi tagħna li nkomplu niksbu aktar, li nkunu hemm biex inwettqu l-bidliet li huma meħtieġa, li nkomplu noffru stabbilità u serħan il-moħħ” qal il-Prim Ministru.

Ara l-ittra tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar