Lokali
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea mħassba dwar l-aħħar żviluppi f’Malta

Il-Kummissjoni Ewropea qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi f’Malta li kienu diskussi fl-ewwel laqgħa tal-kullegg il-ġdid tal-Kummissarji presedut mill-President Ursula Von Der Leyen. Hi tkellmet dwar it-tħassib tal-Kummissjoni meta ndirizzat l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet tagħha bħala President tal-kummissjoni.

U fi żvilupp ieħor anke rapporteurs tan-Nazzjonijiet Magħquda sejħu biex l-investigazzjonijiet u l-inkjesta dwar l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandhom jimxu mingħajr ma jkun hemm indħil jew kunflitt ta’ interess.

Il-President il-ġdid tal-Kummisjoni Ewropea, Ursula Von Der Leyen, esprimiet it-tħassib tagħha dwar l-iżviluppi f’Malta u qalet li l-Kummisjoni qed issegwi s-sitwazzjoni mill-qrib.

“I am very concerned by the recent developments in Malta and we are following the situation very closely. To be very clear on that: we harshly condemn the murder of journalist Daphne. Her murder was an attack on free media.”

Von der Leyen sejħet ghal investigazzjoni sħiħa u indipendenti.

“I expect there to be a thorough and independent investigation, free from any political interference. Europol is in Malta, it is providing support to the Maltese authorities, it is crucial that all those responsible are brought to justice as soon as possible.”

Is-Sinjura Von Der Leyen kienet qed titkellem f’konferenza tal-aħbarijiet wara l-ewwel laqgħa tal-kulleġġ il-ġdid tal-kummissarji. Fl-aġenda tal-laqgha fost temi oġra kien hemm is-sitwazzjoni f’Malta wara rapport li sar mill-Viċi President tal-kummissjoni, Věra Jourová, u l-kummissarju għall-Ġustizza Didier Reynders.

Fi żvilupp ieħor anke zewg rapporteurs tan-Nazzjonijiet Magħquda sejħu għal investigazzjoni indipendenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Ir-rapporteur dwar il-Libertà tal-Espressjoni, David Kaye, u r-rapporteur speċjali dwar Extra-judicial Killings, Agnes Callamard, qalu li r-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat, għandha timmarka l-bidu u żgur mhux it-tmiem biex tintrefa’ responsabilità ġenwina għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Iż-żewġ uffiċjali tan-Nazzjonijiet Maghquda qalu li l-inkjesta pubblika jew kwalunkwe investigazzjoni jew prosekuzzjoni għandhom jimxu mingħajr ma jkunu mċajpra minn suspett ta’ kunflitt ta’ interess. Żiedu li l-inkjesta pubblika jew investigazzjonijiet oħra għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha, inkluż il-każijiet ewlenin tal-allegat korruzzjoni li kienet qed tinvestiga Daphne Caruana Galizia.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Politika

Id-ditta legali Chetcuti Cauchi xandret il-partijiet mill-filmat li ma kinux ixxandru mill-istazzjon Franċiż M6, li qalet li jiskolpawha mill-allegazzjonijiet li saru dwarha b’rabta mal-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment, u li wasslu biex…

Politika

Jean Claude Micallef dalgħodu ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari, wara li kien elett b’elezzjoni każwali f’Diċembru li għadda. Is-Sur Micallef se jkun qed jokkupa s-siġġu vakat mill-eks Ministru Helena Dalli,…

Kronaka

Kaxxier ta’ 18-il sena kellu jingħata kura għal xokk wara li lbieraħ filgħaxija ħalliel wettaq serqa minn ħanut fi Triq Nazju Ellul il-Gżira. Is-serqa seħħet għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija meta…

Aktar