Politika
Il-President tal-Kunsill Ewropew qal li ma ġiex diskuss il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Fil-konferenza tal-aħbarijiet hekk kif intemm is-summit fi Brussell bejn il-mexxejja Ewropej, il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, qal li fil-laqgħa ma saret l-ebda diskussjoni fuq l-investigazzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

“At the moment the inquiry and investigations are ongoing and they must be based on the rule of law, and it is very logical that we didn’t speak about this topic during our European Council, because I don’t want to have an interference with this inquiry”

Fl-ewwel laqgħa bħala President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel iddeskriva l-assassinju bħala drama umana u attakk serju fuq il-libertà tal-istampa. Qal li jinsab f’kuntatt mal-familja Caruana Galizia u qed jittama li jiltaqa’ magħha meta jżur Malta.

Ara wkoll:

Mexxejja Ewropej jitolbu li l-ftehim ta’ Brexit jitressaq fil-Parlament Ingliż