Lokali
Il-PM jattendi għas-Summit tal-Unjoni Ewropea fi Brussell

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jattendi s-Summit tal-Unjoni Ewropea fi Brussell li mistenni jkun l-aħħar wieħed għalih qabel jinħatar is-suċċessur tiegħu fil-bidu ta’ Jannar. It-tibdil fil-klima hija fuq nett fl-agenda tal-mexxejja f’dan is-summit.

Qabel beda s-Summit, quddiem Dar Malta saret protesta minn għadd ta’ Maltin u rappreżentanti ta’ għaqdiet tal-ġurnalisti li fost l-oħrajn sejħu għar-riżenja mmedjata tal-Prim Ministru.

Mistoqsi dwar dan, il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli qal li hemm proċessi ġudizzjarji, politiċi u istituzzjonali li jridu jiġu rispettati.

Malta u l-iżviluppi tal-aħħar ġimgħat m’humiex uffiċjalment fuq l-aġenda tal-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew għal din is-sena. Minkejja dan, iċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għal-Libertajiet Ċivili, is-Soċjalist Spanjol, Juan Fernando Lopez Agiular u ċ-Chairperson tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-Parlament għad-demokrazija u s-saltna tad-Dritt, il-Liberali Olandiża Sopie In’t Veld kitbu ittra lill-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel isejħu lill-mexxejja biex jieħdu pożizzjoni fuq Malta għaliex fi kliemhom l-investigazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia tinsab f’punt kruċjali u jeħtieġ ikun assigurat li m’hemm l-ebda indħil politiku.

L-ittra ġiet mgħoddija mill-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli li f’konferenza tal-aħbarijiet qal li l-istutizzjoni li jmexxi qed issegwi mill-qrib ħafna l-iżviluppi f’Malta u tieħu l-passi li tippermettilha l-liġi Ewropea. Waqt li appella biex wieħed jirrispetta l-proċess ġudizzjarju li għaddej f’Malta, David Sassoli qal li l-osservazzjonijiet u t-tħassib tad-delegazzjoni ewro-parlamentari fosthom dwar is-saltna tad-dritt f’Malta ġew mgħoddija lill-Kunsill Ewropew li saħaq għandu s-setgħa legali li jieħu xi forma ta’ azzjoni.

David Sassoli qal “għaliex huwa l-Kunsill Ewropew li skont it-trattati jrid jislet konklużjonijiet minn dan il-proċess u naħseb li din l-ordni ta’ responsabbiltà istituzzjonali li nemmen għandna nirrispettaw”.

U aktar kmieni waranofsinhar hawnhekk quddiem Dar Malta fi Brussell, tefgħa ta’ ġebla minn fejn qed jiltaqgħu l-mexxejja tal-UE, inġabru għadd ta’ Maltin kif ukoll ġurnalisti internazzjonali jsejħu fost l-oħrajn għar-riżenja mmedjata tal-PM Joseph Muscat

Ricardo Gutiérrez, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Ewropea tal-ġurnalisti qal “so we urge EU leaders to ask Muscat to resign”

Is-Summit tal-UE skedat li jkompli u jintemm il-Ġimgħa filgħodu sa kmieni waranofsinhar, dak il-ħin il-mexxejja se jkollhom indikazzjoni tar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali fir-Renju Unit u għaldaqstant se jiddiskutu Brexit kif ukoll il-futur tal-Unjoni Ewropea.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’ruling li ta fil-bidu tas-seduta Parlamentari qal li prima facie hemm każ ta’ ksur ta’ privileġġ mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-konfront tad-Deputat Chris Cardona. Dr Cardona talab…

Politika

L-ex Ministru Justyne Caruana qalet li se terġa’ tikkontesta fl-elezzjoni li jmiss u żżid il-maġġoranza f’Għawdex. Fuq post fuq Facebook hija rringrazzjat lil kull min qed juriha soliderjetà f’dan iż-żmien…

Politika

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri ta xi kummenti lil TVM qabel ma ltaqa’ l-Kabinett dalgħodu. Huwa qal li se jassigura li l-Ministeru ta’ Għawdex se jkun Ministeru ta’ kulħadd, tal-Għawdxin…

Politika

Veteran fil-politika mal-Partit Laburista, elett fi tmien elezzjonijiet ġenerali konsekuttivi, deputat għal aktar minn tnejn u tletin sena u b’esperjenza fil-kabinett f’żewġ leġislaturi, l-Avukat Anton Refalo nghata l-ġurament tal-ħatra mill-President…

Aktar