Lokali
Il-President tal-PL jgħid li l-ġid li nħoloq qed jitqassam bejn kulħadd

Fl-għeluq it-tliet snin tat-tieni leġiżlatura Laburista, il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li l-ġid li nħoloq qed jitqassam bejn kulħadd.

Il-Perit Micallef qal li l-Gvern investa fl-edukazzjoni u fl-infrastruttura biex il-kwalità tal-ħajja tkompli titjieb. Huwa semma l-pakkett ta’ 700 miljun ewro għat-toroq, ċentri tas-saħħa ġodda, u l-bini u l-manutenzjoni tal-iskejjel fost oħrajn. Qal wkoll li fis-sentejn li ġejjin il-gvern ser ikompli jimplimenta l-programm elettorali.

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli qalet li l-pajjiż qed jinbidel u anke jsiru r-riformi meħtieġa. Qalet li l-gvern ser ikompli jinċentiva lin-negozji biex dawn jinvestu u joħolqu aktar xogħol.

Dwar il-problema tal-immigrazzjoni qalet li kemm il-Parlament Ewropew u anke l-Kummissjoni Ewropea jridu li jkun implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà iżda l-Prim Ministri ta’ diversi pajjiżi qed iżommu iebes.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar