Barranin
Il-President tal-Venezwela jsejjaħ lill-Gvern Amerikan estremist

Fil-Venezwela, il-President Nicolas Maduro, li qed jintalab jirreżenja, sejjaħ lill-Gvern Amerikan estremist u qal li l-Istati Uniti għandha l-ħtija għall-kriżi ekonomika u politika li jinsab fiha l-pajjiż.

Maduro qal li mhux ser iħalli l-għajnuna umanitarja tidħol fil-Venezwela għax dan huwa l-mod kif l-Istati Uniti tiġġustifika d-dħul tagħha fil-pajjiż u b’hekk jiħduh taħt idejhom.

Maduro qed jiffaċċja pressjoni kbira biex jgħajjat elezzjonijiet presidenzjali ġodda minħabba li f’dawk tas-sena l-oħra kien hemm allegazzjonijiet serji ta’ tbagħbis biex jerġa’ jieħu l-poter f’idejh. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ddikjara lilu nnifsu president temporanju u qed isejjaħ demostrazzjonijiet kbar biex isiru elezzjonijiet ġodda.

Taħt Maduro ċ-ċittadini kellhom isofru nuqqas kbir ta’ oġġetti essenzjali tal-ħajja fosthom ikel u mediċini tant li mill-2014 aktar minn tliet miljun persuna kienu sfurzati jitilqu lejn pajjiżi oħra. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Juan Guaido qal li aktar minn kwart ta’ miljun persuna jinsabu f’riskju li jitilfu ħajjithom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ 14-il sena miet wara li missieru waqa’ minn fuq is-sellum għal fuqu. L-inċident seħħ f’Ruma waqt li l-missier u l-iben kienu qed jgħinu lil xulxin waqt li jirranġaw…

Barranin

Il-kardinal Ġermaniż Reinhard Marx qal li hemm evidenza ċara li dokumenti dwar abbużi sesswali tat-tfal inqerdu, biex jinħeba l-abbuż li kompla għaddej bla xkiel. “Files that could have documented the…

Barranin

Il-President tas-Sudan, Omar al-Bashir, iddikjara stat ta’ emerġenza, xolja l-gvern federali u keċċa l-gvernaturi tal-istat kollha. Sigħat wara, Bashir ħatar membri tal-forzi tal-ordni bħala gvernaturi u żamm lill-ħames membri tal-kabinett,…

Barranin

L-Italja wkoll maħkuma minn maltemp qawwi li miegħu mhux biss ġab ħsarat kbar iżda ħasad ukoll il-ħajja ta’ 3 persuni. Fi Frosinone, 2 persuni tilfu ħajjithom u ħalla 2 oħra…

Aktar