Barranin
Il-President tas-Sri Lanka jiddikjara stat ta’ emerġenza nazzjonali

L-attakki suwiċida tal-bieraħ fi knejjes u lukandi ħallew 290 persuna mejta u madwar 500 midruba.

Il-gvern qed jitfa’ t-tort għal dan il-massakru fuq grupp ta’ jihadisti tal-post li ma tantx hu magħruf iżda qal li dawn kellhom appoġġ minn barra.

L-uffiċċju tal-President iddikjara stat ta’ emerġenza nazzjonali li jidħol fis-seħħ f’nofs il-lejl.

Il-gvern ta’ Sri Lanka qal li l-attakki seħħew minn grupp jihadista lokali msejjaħ Towheed Jamath, b’għajnuna minn barra ‘l pajjiż. Il-President Maithripala Sirisena mistenni jitlob l-għajnuna ta’ pajjiżi oħra biex jiġu identifikati r-rabtiet internazzjonali mal-agressuri.

Fil-ħdax ta’ dan ix-xahar, il-kap tal-pulizija kien wissa’ li hemm riskju ta’ attakki suwiċida fi knejjes importanti.

Sadanittant, it-Tnejn filgħodu seħħet splużjoni oħra fi triq qrib il-Knisja ta’ Sant’Antnin, fil-kapitali Colombo. Il-vettura użata mill-aggressuri splodiet hekk kif il-forzi tas-sigurtà ppruvaw ineħħu l-isplussiv li kien għad fadal ġewwa. S’issa mhux magħruf jekk indarbux persuni.

F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-attakki, kelliem għall-gvern qal li l-pulizija arrestaw 24 persuna f’sensiela ta’ raids.

Kelliem għall-gvern ta’ Sri Lanka, Rajitha Senaratne “We are doing all the raids and one by one we are catching and all the places, their actually the training places have been identified and we have raided already, so we have taken all the actions by now.”

Il-gvern tas-Sri Lanka qal li se jagħti kumpens lill-qraba tal-vittmi u lill-midruba, filwaqt li se jagħmel tajjeb għall-ħsarat fil-knejjes attakkati.

Hu stmat, li fl-attakki suwiċida fuq knejjes u lukandi, apparti l-mejta ndarbu mal-500 persuna oħra – uħud minnhom serjament.

Il-gvern iddikjara stat ta’ emerġenza u ordna biex ħadd – għall-ebda raġuni – ma joħroġ mid-dar bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u l-erbgħa tat-Tlieta filgħodu.

Il-media lokali qed tirrapporta li ftit sigħat wara l-attakki, instabet bomba qrib l-ajruport internazzjonali ewlieni tas-Sri Lanka.

L-attakk ta’ Ħadd il-Għid fi Sri Lanka huwa l-agħar wieħed mit-tmiem, għaxar snin ilu, tal-gwerra ċivili fil-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar