Barranin
Il-President taż-Żimbabwe jifforma kabinett ġdid

Il-President il-ġdid taż-Żimbabwe Emmerson Mnangagwa fforma l-kabinett, b’uħud mill-ogħla uffiċjali tal-armata maħtura fl-iktar karigi importanti.

Sibusiso Moyo, il-ġeneral li minn fuq it-televiżjoni ħabbar it-talba għat-tneħħija tal-eks President Robert Mugabe, issa huwa l-ministru tal-Affarijiet Barranin.

Il-President Mnangagwa żamm ħafna mill-membri tal-kabinett ta’ Mugabe u ħatar oħrajn li kienu uffiċjali għolja fl-armata.

Dawn il-ħatriet ġabu reazzjoni negattiva mill-kritiċi tal-Gvern taż-Żimbabwe b’uħud jgħidu li ż-Żimbabweni ġew mqarqa meta ħasbu u ttamaw għall-bidla.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Italja għargħar laqat it-tramuntana tal-pajjiż b’mijiet ta’ nies kellhom jevakwaw darhom b’oħrajn ifittxu kenn f’bini għoli biex jevitaw l-ilmijiet qawwija. L-ilmijiet laqtu l-iktar lill-ibliet ta’ Lentigione u Brescello fir-reġjun ta’…

Barranin

Fl-Istati Uniti, l-aggressur Akayed Ullah, li huwa akkużat b’attakk terroristiku fi stazzjon nhar it-Tnejn li għadda f’Manhattan fi New York, ippostja messaġġ fuq il-midja soċjali indirizzat għall-President Amerikan Donald Trump…

Barranin

Splużjoni kbira f’impjant tal-gass fl-Awstrija ħalliet persuna mejta u minn tal-anqas 18 feruti. L-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tad-8.45 ta’ dalgħodu fis-sit Baumgarten ikkawżat ukoll in-nirien, bl-awtoritajiet iżda jgħidu li s-sitwazzjoni…

Aktar