Lokali
Il-President tibda ż-żjara statali fit-Turkija

Il-President Marie Louise Coleiro Preca bdiet żjara statali fit-Turkija. Akkumpanjata mill-Ministri Carmelo Abela, Chris Cardona, Konrad Mizzi, Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius, il-President qed tmexxi delegazzjoni tan-negozju magħmula minn 50 persuna. Dawn ġejjin mill-oqsma tal-kostruzzjoni, servizzi finanzjarji, is-servizz marittimu, u dak ambjentali fost l-oħrajn.

Fl-ewwel impenn tagħha llum f’Istanbul f’business forum li għalih attenda l-Viċi President Tork Fuat Oktay, il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li f’Malta l-investiment Tork jidher fis-settur bankarju, marittimu, fl-infrastruttura u fit-terminal tal-containers fil-Port Hieles fost affarijiet oħra. Qalet li Malta qiegħda dejjem tikseb iżjed suċċess fil-qasam tal-blockchain u sostniet li dan jista’ jkun ta’ interess għall-investituri Torok.

Fl-istess forum, il-Ministru Chris Cardona qal li Malta se tkompli tappoġġja l-applikazzjomi tat-Turkija għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Qal li l-għan tal-Gvern hu li jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn Malta u t-Turkija. Il-Ministru Carmelo Abela qal li fl-aħħar snin kompla jissaħħaħ in-negozju bejn Malta u t-Turkija u sostna li dan jista’ jkompli jissaħħaħ. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li l-Gvern Malti jwiegħed l-appoġġ neċessarju lill-investituri Torok li jixtiequ jinvestu f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Traffiku

Sewwieq iddeċieda li jitla’ bil-kontra fil-karreġġjata tal-Imsida li tagħti lejn il-Belt. Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali turi l-karozza tieqaf fit-tarf tas-slip way, tara l-karozzi għaddejjin lejn il-Belt, u mal-ewwel…

Lokali

Persuni li dalgħodu ppruvaw jgħaddu minn għadd ta’ toroq fil-Mellieħa sabuhom magħluqin bi krejnijiet, bil-konsegwenza li ma kellhomx fejn imorru. Min beda jidħol fi Triq Dun Franġisk Sciberras beda jsib…

Qorti

James Grima ta’ 44 sena ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li kellu fil-pussess tiegħu żewġ armi tan-nar mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija, li għamel ħsara fuq karozza…

Qorti

Lorita Pace ta’ 35 sena mill-Belt, ġiet ikkundannata għal 3 snin u nofs ħabs wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-probation. F’Marzu tal-2017, Pace kellha sentenza ta’ sentejn u tmien xhur ħabs…

Aktar