Lokali
Il-President tisħaq fuq il-bidla meħtieġa fil-Kostituzzjoni għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca appellat biex il-poplu Malti u Għawdxi jingħaqad u jneħħi l-partiġġjaniżmu f’dan il-mument ta’ dieqa.

Meta kienet qed tiġi ntervistata fi programm tar-radju, il-President qalet li hija fiduċjuża għaliex mid-diskors li sar fil-Parlament nhar it-Tnejn jidher, li l-mexxejja politiċi qablu fuq il-bżonn ta’ riforma u konvenzjoni kostituzzjonali.

Żiedet tgħid li l-għaqda li hemm fuq livell Parlamentari dwar riforma kostituzzjonali hija bidla mill-aqwa.  Qalet li hemm bżonn li din il-bidla jieħu sehem fiha kulħadd ħalli jissaħħu l-istituzzjonijiet biex jaqdu tassew l-aspirazzjonijiet tal-lum u tal-ġenerazzjonijiet futuri.