Pulizija
Il-President u l-Ministru għall-Intern iżuru lill-Pulizija

Il-President ta’ Malta George Vella u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, żaru l-Pulizija fl-għassa ta’ Bormla u fil-Kwartieri Ġenerali.

Fl-għassa ta’ Bormla, li ġiet irrestawrata ftit ilu, il-President u l-Ministru ddawru fis-sezzjonijiet varji u ltqagħu mal-membri tal-korp li jagħtu servizz minn din l-għadda.

Iż-żjara kompliet fil-Kwartieri tal-Floriana, fejn il-President u l-Ministru ġew imdawra fil-mużew tal-Pulizija, fost oħrajn.

Il-President innota l-avvanzi teknoloġiċi li saru mill-pulizija, waqt li faħħarhom ta’ xogħlhom u qal li għandhom ikunu rikonoxxuti meta jiksbu r-riżultati.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar