Solidarjetà
Il-President u s-Sinjura Vella b’messaġġ lill-poplu waqt il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq l-MCCFF

Il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella wasslu messaġġ lill-poplu Malti u Għawdxi waqt il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

Huma appellaw lill-pubbliku biex jaħseb f’min hu inqas ixxurtjat minnu f’dan iż-żmien diffiċli filwaqt li rringrazzjaw lil kull min ta donazzjoni jew għen fil-maratona.

Il-President faħħar is-solidarjetà tal-poplu Malti u l-ġest nobbli li bosta wrew meta ħarġu bi ħġarhom biex jgħinu lil batut.

Ara wkoll:

“Għinuna Ngħinukom” – Stedina lill-Maltin għal-lum bejn nofsinhar u nofsillejl