Politika
Il-President Vella appella għall-għaqda waqt li ngħata merħba fiż-Żejtun

Il-President ta’ Malta George Vella appella għall-għaqda, waqt li rrikonoxxa li d-diverġenzi politiċi huma essenzjali f’demokrazija. Dr Vella kellu wkoll messaġġ dwar l-imġiba u l-messaġġi tal-politici fil-kampanja elettorali, waqt li ngħata merħba kbira miż-Żwieten f’raħal twelidu, iż-Żejtun.

Kienet merħba emmottiva li ngħata l-President George Vella f’raħal twelidu, iż-Żejtun. Misraħ Gregorio Bonnici kien miżgħud bi Żwieten għaċ-ċelebrazzjoni dwar il-ħatra tiegħu li kienet organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun.

It-temp, li xahar ilu ħassar din ċ-ċelebrazzjoni, kien ftit iżjed ħanin li ppermetta liż-żewġ baned taż-Żejtun, l-Għaqda Mużikali Beland u l-Għaqda Banda Żejtun u għaqdiet tal-komunità biex flimkien jieħdu sehem f’din l-okkażjoni.

Is-sindku taż-Żejtun, Doris Abela qalet li l-okkażjoni għaqqdet liż-Żwieten irrispettivament mit-twemmin jew l-isfond soċjali, ekonomiku u politiku tagħhom.

Qalet li l-għeruq ta’ Dr. Vella fiż-Żejtun huma b’saħħithom, u għal għexieren ta’ snin serva bħala tabib u bħala Membru Parlamentari. “Jibqa’ tan-nies u man-nies,” qalet is-Sindku.

Il-President Vella li kien akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu, qal li fl-ewwel xahar tiegħu bħala President, ħajtu inqalbet ta’ taħt fuq. Qal li huwa onorat li qed iservi lill-pajjiżu, u wiegħed li jirrappreżenta lill-Malta b’dinjità.

Il-President Vella radd ħajr liż-Żwieten talli fdawh matul il-karriera tiegħu. Dr. Vella appella lilll-Maltin biex ipoġġu l-ewwel u qabel kollox l-interess nazzjonali.

Fl-isfond tal-kampanja elettorali missielta għall-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju, il-President appella għall-kawtela fil-mod kif qed ikunu kkommunikati messaġġi politika.

“Fil-libertà tad-djalettika, fil-libertà ta’ twemmin differenti, u li wieħed ibigħ il-prgramm politiku tiegħu, imma nuru rispett lejn xulxin wara kollox, jien nemmen bis-serjetà li kull wieħed u kull waħda li qed jippreżentaw ruħhom għal dan l-irwol ċivili, kemm fil-Parlament Ewropew u anki fil-kunsilli, irid il-ġid lil Malta,” stqarr il-President.

Il-President qal li huwa impossibli li kull ċttadin jaħsibha eżatt l-istess, u qal li d-diverġenzi huma kejl importanti tad-demokrazija. “Nistgħu nagħżlu toroq differenti kif naslu hemm, imma sakemm għandna l-istess għan, irridu nkunu kollha id f’id naħdmu biex nimxu ‘l quddiem bħala poplu.”

Dr Vella huwa l-għaxar President ta’ Malta u beda jservi fil-kariga tiegħu mill-4 t’April.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-membru tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Matthew Pace għandu jirriżenja. Huwa qal dan fi tweġiba għad-domanda tal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-riforma fil-kirjiet. Dr Muscat qal…

Xogħol

Ċifri ta’ Jobsplus juru li f’Mejju kien hemm 1,669 persuna jirreġistraw għax-xogħol. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan ifisser tnaqqis fil-qgħad ta’ 6.8% meta mqabbel ma’ Mejju tas-sena l-oħra. Miċ-ċifri…

Lokali

Mill-1 ta’ Jannar 2020 il-kirjiet residenzjali privati ta’ aktar minn sena jridu jibdew jiġu reġistrati online mal-Awtorità tad-Djar u s-sid ma jistax iżid il-kirja b’aktar minn 5% fis-sena. Min ma…

Droga

Ġuvni ta’ 34 sena, li llum ilu sentejn li għeleb il-vizzju tad-droga jirrakkonta l-esperjenza li għaddha minnha minħabba d-droga. Illum il-ġurnata jisħaq li d-droga qatt mhi s-soluzzjoni u jħeġġeġ lin-nies…

Aktar