Politika
Il-President Vella jiltaqa’ mal-President tal-Awstrija

Il-President George Vella llum iltaqa’ mal-President tal-Awstrija; Alexander Van der Bellen, waqt li qiegħed għal żjara fl-Awstrija.

Il-President Awstrijakk tkellem dwar ir-rabtiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi u kif dawn komplew jikbru wkoll fl-oqsma akkademiċi u tax-xjenza. Il-President Van der Bellen esprima kliem ta’ tifħir għall-progress ekonomiku li qed tkompli tagħmel Malta u r-rati baxxi ta’ qgħad.

Fi stqarrija uffiċjali ntqal li l-President ta’ Malta qal li ż-żewġ pajjiżi jaqsmu ideali bħal xulxin, fosthom fuq l-istabbiltà fil-Balkani, il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea u Brexit. Diskussi wkoll l-iżviluppi fir-reġjun tal-Mediterran, fosthom dawk dwar il-Libja.

U fl-Awstrija wkoll, il-President Vella żar il-kapitali Vjenna, fejn intlaqa’ mill-gvernatur u s-Sindku tal-kapitali tal-Awstrija. Ir-relazzjonijiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi reġgħu tqanqlu waqt laqgħa li l-President Vella kellu fil-bini tas-Senat Awstrijakk. Il-President Vella kellu kliem ta’ apprezzament għall-kontribut kulturali u storiku tal-belt kapitali Awstrijakka.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 24 sena mis-Somalja, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit f’Għawdex. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofs il-lejl, fi Triq il-Munġbell, fiż-Żebbuġ, Għawdex. Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mar-Rapid…

Kronaka

Il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, inqala’ argument bejn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar, u żewġt irġiel. Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-argument seħħ fi…

Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Aktar