Lokali
Il-President Vella jitlaq kollox minn idejh biex idewwi raġel

Waqt il-ftuħ uffiċjali tal-maratona Oħloq Tbissima, f’Santa Venera, seħħ inċident żgħir fejn cameraman għal xi raġuni waqa’ minn fuq stand u qasam rasu.

Il-President George Vella, li kien preżenti fuq il-post, kien pront biex jitlaq kollox minn idejh u jdewwi lir-raġel li kellu bżonn ta’ xi ftit għajnuna.

Il-President Vella huwa tabib b’karriera twila warajh u żgur mhux forsi li r-raġel kien moħħu mistrieħ li jinsab f’idejn tajba.

Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura meħtieġa.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Aktar