Unjoni Ewropea
Il-President Vella u 20 President ieħor tal-UE iħeġġu lill-Ewropej biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE

L-għaqda u l-paċi li ġabet l-Unjoni Ewropea huma t-temi ewlenin li għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Ewropa li tfakkar fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-jum, 21 President fl-Ewropa, fosthom il-President George Vella għamlu sejħa flimkien għal Ewropa magħquda. Huma qalu li l-elezzjonijiet Ewropej tal-25 ta’ dan ix-xahar għandhom importanza speċjali għaliex iridu jkomplu jibnu l-Ewropa għaċ-ċittadini tagħha. Fil-Belt, saru wkoll attivitajiet li jfakkru Jum l-Ewropa.

Il-beneffiċċji tal-għaqda fl-Unjoni Ewropea, huma ċ-ċavetta għall-isfidi li qiegħda taffaċja l-Unjoni Ewropea fosthom it-tibdil fil-klima u l-immigrazzjoni. Dan kien il-ħsieb tal-President ta’ Malta George Vella, li ngħaqad ma’ 20 President ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li f’messaġġ konġunt qalu li l-kontinent Ewropew irid ikompli jaħdem għall-ideal u l-valuri ta’ Ewropa imnebħa mill-paċi u s-solidarjetà.

Saħqu, li l-għaqda Ewropea teħtieġ vot b’saħħtu mill-popli tal-Unjoni Ewropea għaliex il-ġejjieni Ewropew jiddependi minn dan il-vot.

Das-sentiment inħass ukoll minn ċittadini mill-Polonja, l-Estonja u r-Renju Unit, li tkellmu ma’ Television Malta dwar kif l-Unjoni Ewropea taffettwa lil ħajjithom.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej, Helena Dalli qalet li Malta esperjenzat il-valuri tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Dalli qalet “l-avvanzi li għamilna fejn jidħlu fondi, fejn tidħol infrastruttura, edukazzjoni, irridu naraw ukoll ċertu valuri bħal valur tal-paċi, li qegħdin naraw sforz din l-għaqda li hemm però rridu nkunu kritiċi wkoll għax irridu ntejbu l-UE għax irridu l-ħolma tagħna għall-Ewropea aħjar timmaterjalizza.”

Il-Kap tal-Meusac Mandy Falzon, qalet li l-attivitajiet li organizzaw fil-Belt għall-Jum l-Ewropa servew biex jispjegaw l-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea.

Jum l-Ewropa jfakkar id-dikjarazzjoni ta’ Robert Schuman fl-1950, li kien l-ewwel pass għall-ħolqien tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ kooperazjoni bejn il-Ġermanja u Franza fis-setturi tal-faħam u l-azzar.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta tal-Gvern li jiddaħħal mekkaniżmu korrettiv fil-Kostituzzjoni li jippermetti li jiżdied in-numru tal-membri parlamentari nisa sa massimu ta’ sitta fuq kull naħa tal-Kamra tad-Deputati….

Saħħa

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li d-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni tal-kannabis għal skop rikreattiv mhux wieħed faċli u kollox għandu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu. F’konferenza tal-aħbarjiet ma’ rappreżentanti mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija, il-Fondazzjoi…

Saħħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Coronavirus, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li s’issa f’Malta saru swabs fuq 22 persuna li kellhom is-sintomi tal-virus iżda kollha rriżulataw li m’għandhomx il-Covid-19,…

L-għan ewlieni tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni Ewropea hu li jgħinu jindirizzaw sfidi strutturali partikolari, ikattru t-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività ta’ kull pajjiż membru. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riformi…

Aktar