Televiżjoni u Radju
Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM.

It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu lis-semmiegħa fuq vjaġġ mużikali b’waqtiet dinamiċi li matulhom niskopru angolaturi ġodda tal-personalitajiet u l-karattri tagħhom. U waqtiet komiċi se jkun hemm żgur!

Ilkoll qed iħejju bil-mod tagħhom għall-avventura ġdida.

Carlo jistqarr li jinsab eċitat u kurjuż dwar kif se jinstema’ min-naħa l-oħra tal-mikrofonu minħabba li imdorri li s-soltu jistaqsi biss u ma jweġibx domandi.

Gordon tħarreġ biex jibda jkun puntwali… filwaqt li Anna stqarret li lil Carlo ma setgħatx tgħidlu le għall-proposta avventuruża!

Mużika, aħbarijiet, ġrajjiet kurrenti, divertiment, komiċità u allegrija. L-ingredjenti li se jżewwqu Carlo’s Breakfast Cafe. Mis-6:30 ta’ filgħodu ‘l hemm, fuq Magic Malta 91.7. Min-nhar it-Tnejn 18 ta’ Novembru. Ma’ Carlo Borg Bonaci, Gordon Bonello u Anna Vella.

Aħbarijiet Oħra
Politika

B’reazzjoni għall-istqarrija tad-deputati Nazzjonalisti li rrefera għalihom bħala li sal-lum mhux magħrufa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sottomissjonijiet legali diġà saru minnu stess mal-President ta’ Malta…

Politika

Stennija għal direzzjoni mill-President ta’ Malta George Vella dwar il-kariga tal-Kap tal-Oppożizzjoni skont kif inhu ggwidat mill-kostituzzjoni. Fl-aħħar jumejn, il-President Vella iltaqa’ mad-deputati eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista biex jara kif ser…

Ikel

Is-sħana qed tagħmel tagħha u ġelat jinżillek għasel. Iżda id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku sabiex ma jikkonsmax il-ġelat tad-ditta Smiles li jinbiegħ f’volumi ta’ żewġ litri.  Smiles informat lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali li…

Mużika

Il-prekawzjonijiet minħabba l-Covid qanqlu l-ħtieġa għal aġġustamenti fil-mod kif jiġu organizzati l-festivals u l-avvenimenti. Għal dan il-għan, Festivals Malta fasslet Festival li qed issir abbord double decker li qed iddur…

Aktar