Statistika
Il-prezzijiet tad-djar għolew b’medja ta’ 3.8% lejn l-aħħar tas-sena l-oħra

F’pubblikazzjoni tal-Eurostat, joħroġ li fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, Malta kellha t-tielet l-ogħla żieda fil-prezzijiet tad-djar meta għolew b’medja ta’ 3.8%.

Is-sena li għaddiet iż-żieda medja fil-prezzijiet tad-djar fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 4.2%. Il-Eurostat qal li l-aktar żiediet qawwija fil-prezzijiet tad-djar kienu osservati fis-Slovenja fejn għolew b’aktar minn 18% u fil-Latvja fejn għolew bi kważi 12%.