Barranin
Il-Prim Ministru Belġjan jirreżenja mill-kariga tiegħu

Il-Prim Ministru Belġjan Charles Michel offra r-riżenja tiegħu wara ftit jiem li sieħeb ewlieni fil-koalizzjoni tiegħu rriżenja minħabba l-imigrazzjoni.

Il-Prim Ministru Belġjan tilef l-appoġġ tan-New Flemish Alliance wara li appoġġja l-ftehim tan-Nazzjonijiet Magħquda ffirmat f’Marrakech il-ġimgħa li għaddiet. Din il-mossa waslet għal demostrazzjonijiet fi Brussel kontra dan il-ftehim.

Il-Prim Ministru Michel informa lir-Re Filippu bid-deċiżjoni li jirriżenja. Ir-Re għadu jridu iħabbar jekk jilqax din ir-riżenja jew le.