Lokali
Il-Prim Ministru bi twissija ċara lill-piloti lejlet li se jivvutaw fuq l-offerta tal-Gvern

Lejliet li l-piloti tal-Airmalta ser jivvutaw fuq l-aħħar proposti tal-Gvern dwar il-ftehim kollettiv, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara ċar u tond li l-Gvern mhux ser jiġi rikattat u lest għal kull deċiżjoni biex jiddefendi l-interessi kollha tal-Airmalta u tal-akbar stakeholder tal-kumpanija li hija l-industrija tat-turiżmu u l-ekonomija tal-pajjiż.

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat żvela li l-pakkett li l-Gvern qed joffri lill-bdoti tal-Air Malta li qal jammonta għal żieda ta’ €72,000 fis-salarji tal-1st officers; u żieda ta’ 105,000 lill-kaptani fuq medda ta’ ħames snin.

F’attività politika f’Birkirkara, Dr Muscat bagħat messaġġ ċar lill-piloti li mhux aċċettabbli għall-Gvern ma jaċċettawx iż-żidiet iżda jibqa’ jaħdmu kif inhuma mingħajr ma jżiedu s-siegħa tax-xogħol skont ir-regoli fl-avvjazzjoni. Saħaq li l-impjieg tal-piloti mhuwiex part time. Huwa wissa’ li l-piloti qed ifittxu skużi biex jordnaw azzjonijiet industrijali, imma l-Gvern mhux ser iċedi għar-rikatt għaliex l-interess tiegħu mhux ta’ grupp żgħir iżda tal-poplu u tal-pajjiż kollu.

Qal li l-Gvern jippretendi li l-piloti jżiedu s-sigħat ta’ ħidma skont regoli tal-industrija biex l-Airmalta twettaq l-istrateġija li magħha qablu wkoll il-bdoti biex tikber u ssir il-linja tal-ajru tal-Mediterran.

Il-Prim Ministru qal li qalulu li l-ebda Prim Ministru ma ġabha żewġ mal-bdoti, iżda Dr Muscat iddikjara li din id-darba, huwa deċiż li ma jitpoġġiex f’kuntuniera. Stqarr li l-Gvern lest għal kull eventwalità biex jiddefendi l-interess nazzjonali. Wera tama li l-Oppożizzjoni tkun mal-Gvern f’din il-kwistjoni kif qal li huma l-korpi kostitwiti.

Dr Muscat qal li din is-sena se terġa’ tkun sena ta’ suċċess għal ekonomija u ser tikser kull rekord għall-pajjiż, il-familji u għan-negozji u l-Gvern ser ikun qed iqassam il-ġid biex jilħaq kull rokna. Huwa qal li filwaqt li l-Gvern irid jaħdem mal-privat waqt li l-Oppożizzjoni issa ddikjarat li trid li l-investiment issir mill-Gvern billi jiddejjen. Dr Msucat qal li dal-Gvern ma jridx jagħmel bħal gvernijiet ta’ qabel li jħalli d-dejn biex iħallsuh ulied uliedna. Qal li l-ġenerazzjoni tal-futur irid iħallilhom il-ġid u mhux id-dejn.

Dwar ir-riforma fl-enerġija, qal li din kienet għaqlija għax li kieku bħalissa qed nitkellmu dwar żidiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-isfond taż-żidiet qawwija fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt. Qal li l-prezzijiet tad-dawl ser jibqgħu baxxi. Dwar iż-żieda fil-prezz tal-gass, qal li l-iktar ħaġa importanti hija li l-ftehim ser jorbot il-prezz għal sena sħiħa.

Dr Muscat tkellem dwar l-investiment fuq id-daħla tal-Belt u rrikonoxxa proġetti li saru mill-Gvern ta’ qabel. Huwa stieden lill-poplu kollu biex is-Sibt li ġej jattendi għall-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018. Qal li dan huwa proġett li bdieh il-Gvern Nazzjonalista u tkompla minn din l-amministrazzjoni; u li hija festa li għandha tgħaqqad lil kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed ikun akkużat li ħebb għal supervisor waqt li dan tal-aħħar kien qed jaqdi dmiru. Anthony Borg ta’ 36 sena llum tressaq il-Qorti taħt arrest,…

Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019: Fl-ewwel paġna ta’ Times of Malta insibu ritratt tas-sit fejn hu propost li jinbena kumpless ta’ garaxxijiet…

Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Aktar