Politika
Il-Prim Ministru bi żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof

Il-Prim Ministru Robert Abela għamel żjara ta’ korteżija lill-Arcisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awziljarju Joe Galea Curmi u fuq ix-xewqa tiegħu stess sar fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara fejn hemm 46 saċerdot residenti ħafna minnhom anzjani.

L-Arċisqof Scicluna irringrazzja lill-Prim Ministru li għażel id-Dar tal-Kleru biex jiltaqa’ mal-kleru minħabba li sostna li f’dan il-post il-Knisja ssarraf l-għemil ta’ solidarjetà b’mod speċjali bil-kura lil saċerdoti li taw ħajjithom għall-poplu, uħud minnhom f’missjonijiet. Monsinjur Scicluna wiegħed l-appoġġ tal-Knisja lill-Prim Ministru.

“Aħna nwegħduh l-impenn totali tagħna li nkomplu nikkoperaw mal-istat għall-ġid komuni anke għaliex nixtiequ ħafna li f’dan il-mument nagħtu sinjal qawwi ta’ tama lill-poplu kollu tagħna.”

Dr Abela waqt li tkellem dwar il-ħidma li iwettqu flimkien f’diversi oqsma u l-għajnuna finanzjarja li l-gvern jagħti lill-entitajiet tal-knisja qal li dan isir ukoll għax jemmen ħafna fil-ħidma tajba li qed tagħmel il-Knisja.

“Il-Knisja qed tagħti lura ħafna ħidma b’tant ġid lis-soċjetà tagħna u għaldaqstant jiena ħassejt li għandi nkun jien li noħroġ minn Kastilja u niġi għand il-Knisja, niġi f’din id-dar li tant qed tagħti servizz tajjeb, tant hemm residenti fiha li taw servizz f’ħajjithom, u naħseb kien messaġġ li nwasslu dak li verament nemmen fih, li hemm valuri li huma komuni, valuri li huma komuni f’dak li huwa soċjali prinċipalment, u xtaqt nibgħat dak il-messaġġ.

Mistoqsi fuq dak li qal fil-programm Dissett meta sostna li r-reliġjon Kattolika Rumana għandha tibqa’ fil-Kostituzzjoni, il-Prim Ministru qal li d-direzzjoni tal-pajjiż se tibqa’ l-istess, jiġifieri waħda sekulari, imma enfasizza li l-Artiklu 2 tal-Kostituzzjoni hu ibbilanċjat bi drittijiet fundamentali tal-bniedem, fosthom id-dritt li kull persuna tippratika r-reliġjon tagħha. Dwar l-abort, il-Prim Ministru Abela qal li sakemm se jibqa’ hu Prim Ministru, l-abort se jibqa’ illegali.

Mistoqsi dwar ir-relazzjoni tiegħu mas-soċjetà ċivili, il-Prim Ministru qal li irid ikun qrib tagħha u ħabbar li mhux ser jiġi żbarrazat il-monument tal-Assedju l-Kbir li qed jintużaw biex ifakkar il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.

“Diġa tajt struzzjonijiet biex illejla wara l-viġili l-memorial ma jitnaddafx.”

Fid-dar tal-kleru l-Prim Ministru iltaqa ma diversi residenti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-pandemija tal-Coronavirus biddlet il-ħajja tan-nies f’leħħa ta’ berqa. Din il-bidla iżda kienet iktar diffiċli għall-persuni bl-awtiżmu li jsibuha iktar iebsa biex jibdlu r-rutina tagħhom f’daqqa. Fil-Jum Dinji tal-Awtiżmu, omm ta’…

Saħħa

L-imxija tal-Covid-19 ħalliet ukoll il-marka tagħha fuq id-dentistrija. Id-dentisti qed jaraw biss l-pazjenti għal emerġenzi, bi kważi tliet kwarti tal-proċeduri li s-soltu jagħmlu kellhom jiġu posposti. TVM iltaqa’ ma’ żewġ…

Lokali

Ilbieraħ filgħaxija kull min inzerta fl-inħawi tal-bypass ta’ Birkirkara, San Ġwann u l-Għargħur lemaħ mixgħela fis-smewwiet bħala apprezzament għall-ħidma tal-ħaddiema kollha tas-saħħa li huma fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Fl-inizjattiva…

Trasport

Proġetti identiċi fix-xtut ta’ Bormla u ta’ Tas-Sliema. Infrastracture Malta qed tibni żewġ faċilitajiet li se joffru servizz aħjar u aktar effiċjenti għat-trasport bil-baħar minn u lejn il-Belt. Fix-xatt ta’…

Aktar