Lokali
Il-Prim Ministru f’Abu Dhabi b’turija ta’ appoġġ lill-atleti Maltin

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu, Michelle, bil-preżenza tagħhom f’Abu Dhabi qed jagħtu appoġġ lill-atleti Maltin li qed jieħdu sehem fl-Olimpijadi Speċjali li qed isiru fl-Emirati Għarab Magħquda. Dr Muscat stqarr li din l-esperjenza wrietu li dan huwa tabilħaqq logħob kompettiv u ġie mħeġġeġ miċ-Chairman tal-Olimpijadi Speċjali biex jistinka mal-pajjiżi Ewropej biex jagħtu aktar appoġġ lil dan il-moviment u l-inklużjoni fl-isports.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu ltaqgħu mal-atleti fiċ-ċentru fejn qed jintlagħbu wħud mid-dixxiplini sportivi fl-Olimpijadi Speċjali f’Abu Dhabi. Dr Muscat qal li jammira d-dedikazjoni tal-atleti, il-ġenituri u l-voluntiera fit-tħejjija għal dan il-logħob. Qal li ż-żjara tiegħu f’Abu Dhabi trid twassal messaġġ li l-inklużjoni għandha titħaddem dejjem u f’kollox.

Dr Muscat qal li hawnhekk ra kif tabilħaqq l-Olimpijadi Speċjali huma tassew kompetittivi u li l-atleti Maltin kapaċi jiksbu r-riżultati.

Dr Muscat daħal fl-ispirtu tal-logħob, meta lagħab it-table tennis ma’ Warren Schembri. Il-Prim Ministru ta bħala rigal paletta tat-table tennis lil Special Olympics Malta li kien ingħata mill-Prim Ministru tal-Ġappun, Shinzo Abe, waqt iż-żjara tiegħu f’Malta.

Is-Sinjura Muscat, li hija wkoll il-President ta’ Special Olympics Malta, qalet li s-suċċess tal-atleti jinkoraġġiha li terġa’ tagħmel l-isfida tal-għawma biex tgħinhom jilħqu l-potenzjal tagħhom.

“Kienu ta ispirazzjoni biex ukoll bdejt nagħmel iċ-challenge ta’ kull sena, l-għawma li nagħmel. Fil-fatt Anna Calleja kuljum tkun qiegħda miegħi nittrenjaw biex ovvjament inkun nista’ nagħmel challenge kull sena itwal minn oħra, bil-fondi ta’ dik iċ-challenge li jinġabru minn Marigold Foundation, aħna nkunu nistgħu ngħinu lil Special Olympics biex illum hu Special Olympics nistgħu ngħidu rinnovat.”

Il-Prim Ministru flimkien mas-Sinjura Muscat mexxew id-delegazzjoni Maltija f’laqgħa maċ-Chairman ta’ Special Olympics Timothy Shriver. Huma tkellmu dwar kif Malta qed tħaddan l-inklużjoni f’kull parti tas-soċjetà. Is-Sinjura Muscat semmiet li l-Ispecial Olympics Malta għandha programm għar-refuġjati fl-isport.

Dr Shriver qal li Malta hija ta’ eżempju għall-pajjiżi oħra biex titwettaq dik li sejjaħ ‘bidla ekoloġika’ favur l-inklużjoni. Huwa ta’ ġieħ lis-Sinjura Muscat li bl-impenn tagħha mbuttat ‘il quddiem id-dinjità u l-ugwaljanza għall-persuni b’diżabbiltà.

”Malta can show us through school examples of inclusion, through early childhood programmes what we discussed today of inclusion – sport clubs that become inclusive, welcoming people with and without intellectual disabilities to play in the same team and not just be in the same building If we show these models in Malta, the rest of Europe will not just see them as programmes for Malta but programmes for the continent.”

L-appell taċ-Chairman tal-Ispecial Olympics lill-Prim Ministru Joseph Muscat sar fl-isfond li l-edizzjonijiet li jmiss tal-Olimpjadi Speċjali se jsiru f’pajjiżi Ewropej, l-Iżvezja sentejn oħra u l-Ġermanja 4 snin ohra. It-tama hi li aktar pajjiżi Ewropej, sa dawn il-logħob ikunu jħaddnu fil-prattika l-prinċipji tal-inklużjoni.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Aktar