Politika
Il-Prim Ministru b’deċiżjoni biex ma jiġix imnaddaf il-monument tal-Assedju l-Kbir

Il-Prim Ministru Robert Abela ta struzzjonijiet biex il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia, jitħalla fejn hu u ma jitnaddafx iktar minn fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir.

Qal dan waqt li kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar jekk huwiex se jkun qed jitkellem mas-soċjetà ċivili. Waqt li kkonferma dan, qal li mil-lejla stess, il-mafkar ta’ Caruana Galizia se jitħalla hemm u mhux se jiġi mnaddaf.

Il-Gvern fil-passat kien jiġi kritikat minn xi membri tas-soċjetà ċivili wara li ta’ kull filgħaxija kien inaddaf il-fjuri u x-xemgħat li kienu jitpoġġew b’memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal persuna li suppost tinsab rikoverata fl-Isptar Boffa sabiex tingħata l-kura wara li kienet pożittiva għall-Coronavirus. Waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci kkonfermat li…

COVID-19

Is-Supertendent għas-Saħħa Pubblika, Prof Charmaine Gauci, qalet li l-kampanji ta’ tagħrif dwar il-Covid-19 qed isiru b’diversi lingwi biex jifimhom kulħadd. Prof Gauci kienet qed twieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fir-rigward tal-immigranti li…

COVID-19

Is-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, ġiet mistoqsija dwar il-każ ta’ tigra fi New York li nstabet li għandha l-Covid-19. Prof Gauci spjegat li s’issa m hemm l-ebda evidenza li turi li…

COVID-19

Illum tħabbar 14-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa n-numru totali ta’ persuni ttestjati pożittivi għall-virus f’Malta tela’ għal 241. Is-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li l-każijiet…

Aktar