Il-Prim Ministru jiltaqa’ ma membri tal-Forzi Armati

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum iltaqa mal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li kienu involuti f’ħidma ta’ salvataġġ matul tmiem il-ġimgħa. Dawn il-membri, immexxija mill-Brigadier Martin Xuereb, kienu responsabbli għas-salvataġġ ta’ 146 persuna nhar il-Ġimgħa. Huwa ddeskriva lil dawn il-persuni bħala “l-Eroj ta’ l-Ewropa”. Huwa qal li Malta se taħdem biex ikun hemm koordinazzjoni Ewropea kontra l-immigrazzjoni illegali.

Dr Muscat irrefera għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fl-aħħar u saħaq li l-Gvern Malti se jkun qed jaħdem qatigħ biex Malta ma titħalliex waħidha f’dan il-qasam u sabiex ikun hemm koordinazzjoni Ewropea. Waqt li faħħar il-ħidma tal-Forzi Armati, immexxija mill-Brigadier Martin Xuereb, Dr Muscat qal li l-Istat u l-poplu huma grati lejhom u jagħmluna kburin għaliex kienu “eroj u eroj tal-Ewropa”. Il-ħidma tagħhom nisslet ġibdet ukoll l-ammirazzjoni u tifħir ta’ Gvernijiet differenti fosthom dak Taljan.

Il-Prim Ministru qal li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni fil-Libja tirrifletti l-instabbiltà tal-pajjiż u għaldaqstant hemm bżonn li l-pajjiżi jgħinu lil-Libja sabiex tiġġedded l-istabbiltà u s-sigurtà f’dan il-pajjiż. Malta trid li l-Unjoni Ewropea tgħin u tilqa’ t-talbiet tal-Libja li għandha tkun parti mis-soluzzjoni u mhux parti mill-problema.

Preżenti għal dan ir-radd ta’ ħajr għall-ħidma tal-Forzi Armati kien hemm ukoll il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Aktar