Lokali
Il-Prim Ministru jinawgura uffiċċji ġodda ta’ Centrecom

Il-kumpanija Centrecom imwaqfa bi sħab bejn il-privat u l-Air Malta investiet €2.5 miljun  f’uffiċċji ġodda fil-Mosta Technopark bil-mira li tibda tħaddem sa ħames mitt impjegat sa sentejn oħra. Il-kumpanija toffri servizz ta’ customer care lill-Air Malta u kumpaniji anke barranin. Fl-inawgurazzjoni taċ-ċentru ġdid ta’ Centrecom, il-Prim Ministru Joseph Musat qal li l-isfida li jrid jindirizza l-pajjiż hija l-iskarsezza tal-ħaddiema anke għal kumpaniji bħal din.

Wara 30 sena servizz il-kumpanija Centrecom inawgurat uffiċċji ġodda fil-Mosta u qed tħaddem 284 impjegat li jipprovdu servizz ta’ costumer care lil klijenti ta’ bosta kumpaniji fosthom l-Air Malta li ghandha 50% tal-ishma fil-kumpanija.

Id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Leslie Cassar qal li l-kumpanija qed tkompli tespandi u għalhekk investiet €2.5 miljun f’dawn l-uffiċċji. Qal li daċ-ċentru jaħseb biex il-kumpanija tkompli żżid il-ħaddiemu sal-2020 ser tkun tista’ tħaddem sa 500 ruħ. Is-sur Cassar l-uffiċċji l-ġodda għandhom spazju għal fuq minn elf u mitejn impjegat meta mhħddma b’xiftijiet.

Robert Spiteri qal li “id-domanda għal dan is-servizz speċjalizzat, b’impjegati mħarrġin biex jibqgħu aġġornati fuq prodott, emails telefonati, live chat u social media”.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat li nawgura l-uffiċċji l-ġodda fil-Mosta qal li din il-kumpanija qed tagħti opportunitajiet lin-nisa li reġgħu lura fid-dinja tax-xogħol wara li kellhom it-tfal, għax fost oħrajn għandha ħinijiet flessibbli. Dr Muscat faħħar lill-kumpanija li kontinwament tinvesti fit-taħriġ tal-impjegati tagħha. Huwa qal li l-isfida li ser tiffaċċja biex tkompli tespandi hija li sib aktar ħaddiema, iżda qal li din id-diffikultà wkoll trid tingħeleb biex il-pajjiż ikompli jagħmel suċċess.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Demokratiku ħabbar li n-nomina ta’ Martin Cauchi Inglott għall-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali ġiet aċċettata. Martin Cauchi Inglott serva bħala fizzjal veteran fl-iskwadra marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta għal 27…

Kronaka

Ġuvni ta’ 19-il sena weġġa’ gravi f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar fiż-żona industrijali ta’ Ħ’Attard. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ġuvni, li huwa mill-Gambja, weġġa’ meta…

Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għalqet il-proċess għall-għoti ta’ kuntratt b’valur ta’ €11-il miljun għall-iżvilupp tal-ewwel impjant tar-reverse osmosis f’Għawdex. Il-kuntratt intrebaħ mill-kumpanija Clean Water Technologies, ibbażata f’Iżrael, li wettqet proġetti relatati…

Air Malta

L-Air Malta ħabbret li qed tipprovdi titjiriet apposta lill-passiġġiera li tħallew l-art wara li l-linja tal-ajru Ċiprijotta, Cobalt Air, ikkanċellat it-titjiriet kollha. It-titjiriet qed jiġu offruti bi prezz ta’ €50,…

Aktar