Politika
Il-Prim Ministru jindika li se jitbiegħed mill-politika

Il-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat indika li wara li jirriżenja mill-kariga ta’ Prim Ministru x-xahar id-dieħel, ser ikun ċittadin normali u komuni u distakkat mill-politika.

Intervista fuq One Radio, l-għada tal-messaġġ tiegħu li fih ħabbar il-pjan tiegħu biex jintgħażel suċċessur tiegħu, Dr Muscat żied jgħid li mhux ser jinqata’ mid-dinja iżda qal li għandu ideat oħra għal ħajja tiegħu li ser ikun qed iwettaq. Żied jgħid li żgur li ser ikollu aktar ħin għall-familja.

Dwar il-proċess biex il-Partit Laburista jagħżel suċċessur tiegħu, Dr Muscat qal li hemm ħafna nies validi u xogħlu ser ikun li jara li l-proċess tal-għażla jkun wieħed imparzjali u personalment mhu ser jimbotta l-ebda kandidatura li jħalli lid-delegati u wara lit-tesserati jagħmlu l-għażla ħielsa tagħhom. Il-Prim Ministru qal li sakemm jirriżenja beħsiebu jżur ħafna lokalitajiet biex jiltaqa’ man-nies u jirringrazzjahom tal-fiduċja li tawh waqt li fl-istess ħin jiskuża ruħu għal nuqqasijiet. Żied jgħid li ser jerfa’ u jitgħabba bin-nuqqasijiet ta’ ħaddiehor iżda jrid li min jiġi warajh jibda paġna ġdida.

Il-Prim Ministru tenna l-intenzjoni li fil-Parlament ser jitkellem fuq il-każ mingħajr ma jippreġudika l-proċess anke jekk l-oppożizzjoni tiddeċiedi li ma tieħux sehem fid-dibattitu fejn ikun hu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Saħħa

F’Malta, fl-ajruport beda jsir screening tat-temperatura tal-ġisem tal-passiġġieri li jaslu Malta biex ikun identifikat jekk dawn għandhomx id-deni li huwa wieħed mis-sintomi tal-coronavirus. U fil-port, il-ħaddiema tax-xatt irirfjutaw li jħottu…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li llum beda jingħata l-konkos fil-Menqa bi tkomplija mal-ewwel saff tal-bażi, kif ukoll bdew jinfirxu l-ewwel sleeves bis-servizzi lejn il-proprjetajiet. Il-Ministru spjega li nqala’…

Aktar